|
GRTU TRADE FAIR SURVEY 2005 – RIZULTATI FINALI |
|
|
|
|
Wednesday, 13 July 2005 |
|
Il-bicca l-kbira tal-esebituri (70%) soffrew telf ta’ bejgh b’paragun mas-sena ta’ qabel u l-livell ta’ tnaqqis kien ivarja minn 5% sa aktar minn 20%. Aktar minn nofs ta’ l-esebituri li s-soltu jesebixxu fil-Fiera ma qabzux aktar minn 75% tal-bejgh li s-soltu jaghmlu mill-Fiera. Kien hemm grupp li jirraprezentaw 13% tal-esebituri li marru ahjar mis-sena l-ohra filwaqt li 17% baqghu bejn wiehed u iehor fejn kienu s-sena l-ohra.
Malta Chamber for Small and Medium Enterprises
Il-bicca l-kbira tal-esebituri (70%) soffrew telf ta’ bejgh b’paragun mas-sena ta’ qabel u l-livell ta’ tnaqqis kien ivarja minn 5% sa aktar minn 20%. Aktar minn nofs ta’ l-esebituri li s-soltu jesebixxu fil-Fiera ma qabzux aktar minn 75% tal-bejgh li s-soltu jaghmlu mill-Fiera. Kien hemm grupp li jirraprezentaw 13% tal-esebituri li marru ahjar mis-sena l-ohra filwaqt li 17% baqghu bejn wiehed u iehor fejn kienu s-sena l-ohra.
Barra paragun mal-bejgh fil-Fiera tas-sena l-ohra, l-esebituri gew mitluba jghidu wkoll jekk marrux ahjar jew aghar milli stennew huma stess din is-sena. Hadd minn dawk li esebixxa din is-sena ma qal li mar hafna ahjar minn dak li stenna izda 3% qalu li kollox fuq kollox marru kemm kemm ahjar. Il-bicca l-kbira assoluta ta’ l-esebituri (70%) izda qalu li marru aghar milli stennew.
Meta l-esebituri gew mistoqsija x’jahsbu li jinfluwenza l-aktar il-bejgh tal-Fiera huma identifikaw l-ammont ta’ flus li jkollhom ghad-disposizzjoni taghhom l-konsumaturi bhala l-aktar element importanti (37%). Semmew wkoll l-effett li jkollhom il-bzonnijiet partikulari tal-konsumaturi li jmorru il-Fiera (22%), l-offerti specjali li jaghmlu l-esebituri (13%) u kemm l-esebituri jirnexxilhom jipprezentaw varjeta’ ta’ prodotti (15%).
Din is-sena l-esebituri tal-karrozzi ma hadux sehem fil-Fiera. Ghall-maggoranza (55%) tal-esebituri li hadu sehem fil-Trade Fair 2005 dan il-fatt kellu impatt negattiv fuq il-performance tal-Fiera din is-sena.
L-esebituri kienu din is-sena mistoqsija wkoll biex jikklassifikaw lix-xerrejja fil-Fiera skond il-livelli ta’ dhul. 47% jahsbu li l-Fiera tigbed l-aktar nies ta’ livel baxx ta’ dhul, waqt li 38% jghidu li n-nies li jmorru l-Fiera huma minn kull klassi ta’ dhul.
40% tal-esebituri qalu li mhux zguri jekk jergghux jiehdu sehem fil-Fiera s-sena diehla, filwaqt li 5% qalu li zgur li le. Izda il-maggoranza 55% qalu li jergghu jiehdu sehem sena ohra wkoll. Dawk li ghandhom dubbji dwar il-partecipazzjoni semmew l-organizzazjoni hazina tal-Fiera din s-sena bhala wahda mir-ragunijiet importanti (25%), ohrajn qalu li jippreferu jiehdu sehem fil-Fieri speccjalizati li jsiru matul is-sena u mhux fil-Fiera generali tal-Lulju, filwaqt li kwazi wiehed minn kull hamsa qalu li jippreferu joffru servizz ahjar u prezzijiet kompettitivi s-sena kollha mill-istabilimenti taghhom stess.
|