Main Menu
Home
About Grtu
Contact Us
Search
Links
Administrator
Publications
How to join
Photo Gallery
Our Location
 
 
Latest News
 
 
GRTU Event Calendar
SunMonTueWedThuFriSat
01020304
05060708091011
12131415161718
19202122232425
2627282930
Upcoming Events
There are no upcoming events!
 

 

 

Il-GRTU tipprotesta kontra l-implimentazzjoni tal-Late Payment Directive mill-lum l-1 ta’ Lulju 20 PDF Print E-mail
Friday, 01 July 2005

Il-GRTU tipprotesta kontra l-implimentazzjoni tal-Late Payment Directive mill-lum l-1 ta’ Lulju 2005 bla pjan ta’ Mitigazzjoni favur n-negozji z-zghar

Il-GRTU tipprotesta kontra l-implimentazzjoni tal-Late Payment Directive mill-lum l-1 ta’ Lulju 2005 bla pjan ta’ Mitigazzjoni favur n-negozji z-zghar

l-Legal Notice 233/2005, Att Dwar L-Unjoni Ewropea (KAP. 460) Ordni ta’ l-2005 li jemenda l-Kodici tal-Kummerc li ddahhal fl-ezekuzzjoni f’Malta wkoll id-Direttiva Numru 2000/35/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Gunju, 2000 u li timponi penalitajiet kontra l-hlas tardiv f’operazzjonijiet kummercjali, fiha l-vantaggi ghan-negozji li qed idumu x-xhur, jekk mhux is-snin, biex jithallsu, u l-GRTU – l-Malta Chamber of Small and Medium Enterprises - dwar dan ilha titkellem, izda L.N 233/05 izzid bil-kbir il-pizijiet fuq hafna u hafna negozji zghar. Dawn in-negozji iridu jgorru dawn il-pizijiet godda b’zieda ma ruxmata pizijiet li diga ghandhom. Hafna negozji zghar illum ma jhallsux imghax fuq il-kreditu tan-negozju li jiehdu minghand dawk li jfornuhom, filwaqt li issa ser ikunu mgeghla jhallsu 10% fuq dawn il-krediti jekk ma jithallsux fi zmien xahar. Dawn il-pizijiet aktar iva milli le, fic-cirkustanzi tal-lum, ser jingarru mis-sidien tan-negozji ghax jew bhal fil-kaz tal-ispizeriji, il-profit margins huma fissi, jew inkella is-suq hazin tal-lum ma jiflahx zidiet fil-prezz tal-prodott. Fejn is-suq jiflah dawn ser jirriflettu f’zidiet fil-prezzijiet.

Il-Gvern isaqsi ghaliex l-inflazzjoni tiela xahar wara xahar u jwahhal fil-kummercjanti. L-ewwel jghabbi l-pizijiet wiehed wara l-iehor u wara jsaqsi ghaliex il-prezzijiet jgholew

Il-GRTU kienet tistenna li qabel ma l-gvern ghaggel u implimenta, kellu l-ewwel ikejjel l-impatt ekonomiku u wara flimkien mal-GRTU jfassal pjan biex jimmitiga l-impatt hazin ta’ dan l-Avviz Legali. Izda konsultazzjoni mall-GRTU ma saritx u jekk sar xi pjan ta’ mitigazzjoni dan sar biss biex ikun imhares l-interess tal-gvern stess u mhux tas-sidien tan-negozji zghar Malti

Il-GRTU tibqa issaqsi fejn hi l-istrategija ekonomika ta’ dan il-gvern?





















 
< Prev   Next >
 
We have 1 guest online
 
 

LASTEST NEWS

Green MT launches new web site. Click here to visit

 
 

Business performance Survey
January to June 2010

 
 
Current Time
 
 
Advertisement