Main Menu
Home
About Grtu
Contact Us
Search
Links
Administrator
Publications
How to join
Photo Gallery
Our Location
 
 
Latest News
 
 
GRTU Event Calendar
SunMonTueWedThuFriSat
01020304
05060708091011
12131415161718
19202122232425
2627282930
Upcoming Events
There are no upcoming events!
 

 

 

Il-GRTU lesta ghall-isfida ghall-protezzjoni tal-Ambjent PDF Print E-mail
Friday, 03 August 2007
l-GRTU l-bierah infurmat lill-Ministru tal-Ambjent u l-Affarjiet Rurali l-perit George Pullicino li l-kumitat tal-ambjent tal-GRTU kien ghamel l-analazi, ir-ricerka u l-konsultazzjonijiet mehtiega biex issa hu f’pozizzjoni li jipprezenta lill-gvern applikazzjoni ghal skema kompressiva li tiehu hsieb ir-responsabbilitajiet kollha li n-negozjant Malti qed jiffacja skond l-impozizzjonijiet li ghandu fuqu mil-ligijiet lokali u direttivi ewropej.

 

Il-GRTU l-bierah infurmat lill-Ministru tal-Ambjent u l-Affarjiet Rurali l-perit George Pullicino li l-kumitat tal-ambjent tal-GRTU kien ghamel l-analazi, ir-ricerka u l-konsultazzjonijiet mehtiega biex issa hu f’pozizzjoni li jipprezenta lill-gvern applikazzjoni ghal skema kompressiva li tiehu hsieb ir-responsabbilitajiet kollha li n-negozjant Malti qed jiffacja skond l-impozizzjonijiet li ghandu fuqu mil-ligijiet lokali u direttivi ewropej.

 

L-iskema kompressiva li qed tipproponi l-GRTU tiehu hsieb dawn ir-responsabilitajiet:

 

*       L-immanigjar tal-packaging tal-minerali, birer u xorb iehor fi fliexken tal-hgieg tal-plastic  u tal-metall

*       Il-packaging ta’ kartun u materjal simili

*       Il-waste tal-apparat elettroniku u elettriku (WEEE)

 

L-analazi tal-GRTU turi li jaghmel aktar sens li n-negozjant Malti jiehu hsieb li jmexxi dawn l-iskemi huwa stess milli jafda f’interessi privati kummercjali. Il-prezzijiet u c-charges li qed jigu mitluba jhallsu n-negozjanti Maltin taht l-iskemi ezistenti huma ezorbitanti u ghall-hafna ntraprizi Maltin ser ikunu daqqa qawwija hafna u f’hafna kazi l-konsumatur ser ikun mgieghel ihallas ghall-dan l-infieq esagerat.

 

L-iskemi li qed tipproponi l-GRTU jipprotegu bi shieh u b’mod aktar zgur minn l-iskemi li qed jigu offruti minn haddiehor illum. In-negozjant Malti jrid ikun accertat li l-obbligi li ghandu taht il-ligi u li qed ihallas biex dawn l-obbligi igorromlu haddiehor, ikunu fil-verita mhaddma skond kif titlob il-ligi ewropeja biex ma jsibx ruhu li wara li hallas jibqa xorta mghobbi bl-obbligi. L-iskemi li qed tipproponi l-GRTU jghatu dawn l-assigurazzjonijiet u aktar minn hekk ser ikunu offruti bi prezz hafna orhos milli jista joffri haddiehor u l-iskemi jkunu mhaddma minn negozjanti stess taht is-supervizjoni tal-GRTU li tirraprezenta l-interessi taghhom.

 

Il-GRTU ghaldaqstant taghti parir lin-negozjanti kollha li ma jintrabtu mal-ebda skema qabel ma jkunu assigurati li s-skema li fiha huma ghandhom say, li hi bi prezz affordabbli u li toffri l-assigurazzjonijiet kollha skond il-ligi. Il-GRTU fil-gimghat li gejjin ser tghati d-dettalji kollha ta’ kif ser tithaddem l-iskema, li f’isem in-negozjanti Maltin ser tmexxi l-quddiem l-GRTU.

 

 

 

 
< Prev   Next >
 
We have 3 guests online
 
 

LASTEST NEWS

Green MT launches new web site. Click here to visit

 
 

Business performance Survey
January to June 2010

 
 
Current Time
 
 
Advertisement