Main Menu
Home
About Grtu
Contact Us
Search
Links
Administrator
Publications
How to join
Photo Gallery
Our Location
 
Latest News
 
GRTU Event Calendar
SunMonTueWedThuFriSat
01020304
05060708091011
12131415161718
19202122232425
2627282930
Upcoming Events
There are no upcoming events!
 
L-okkazjoni tal- iffirmar tal-ftehim dwar POYC PDF Print E-mail
Saturday, 28 July 2007
Il-Kunsilli Ezekutivi rispettivi tal- Kamra tal-Ispizjara ta’Malta u s-Sezzjoni Dwar L-Ispizeriji Tal-GRTU, b’sodissfazzjon kbir ihabbru li illum, is-Sibt 28 ta’ Lulju, 2007 fil- Berga ta-Kastilja gie iffirmat il-ftehim mal-Gvern, li bih gie varat il-progett ta’ fejda li huwa ezempju ta’ signifikat kbir ta’solidarjeta. B’dan il-ftehim il-progett dwar il-“POYC (Pharmacy of your choice)” jew ahjar, “L-Ispizerija Tal-Ghazla Tieghek”, dawk il-pazjenti, li hafna minnhom huma anzjani, jew min jiehu hsiebhom, jew li ghandu familja bi tfal zahar, jew membru tal-familja bi bzonnijiet specjali, etc, li huma intitolati ghall-medicini taht l-att dwar is-sikurta socjali, u li sa issa kienu jigbru il-medicini taghhom mill bereg - fejn m’hemm l-ebda kuntatt ma spizjar -  dawn sejrin ikunu jistghu jaghzlu li jmorru u jirregistraw fl-ispizerija li jixtiequ huma fil- villaggi u bliet ta’ Malta u Ghawdex, organizzati skond ir-regoli dwar il-Farmacija, li dwarhom intlahaq ftehim ukoll.

Il-poplu sejjer jghamel l-ghazla tieghu sabiex ikollu mhux biss il-kumdita li ma jaghmilx tragitti zejda, jew li jinqaghad f’’queues’, izda sejjer ikollu access ghall-attenzjoni u interventi professjonali dwar il-medicini mill-ispizjara li jipprattikaw fl-ispizeriji privati u li tant ilhom jaghtu dan it-tip ta’ servizz lill-pazjenti privati taghhom… lill-familji Maltin.

B’hekk qieghed jigi assigurat, fi tlett fazijiet tal-progett, il-principju ta’ eqwita u solidarjeta li fuqu huwa mibni is-servizz tas-sahha ta’ pajjizna.

B’dan il-ftehim, il-gvern  u z-zewgt organizzazzjonijiet qieghdin jirrikonoxxu li l-ispizeriji fil- kommunita huma postijiet specjali fejn hemm professjonisti  spizjara,  li huma l-esperti dwar il-medicini, li jaghtu servizzi essenzjali fil-kura primarja tas-sahha u li l-ispizeriji fil-kommunita huma parti integrali mis- Settur Tal-Kura Primarja Tas- Sahha.

Fit-tieni fazi tal-progett, l-ispizjara fl-ispizeriji li sejrin jippartecipaw fl-iskema  sejrin jippreparaw huma stess, il-medicini ghad-dispensar lill-pazjenti intitolati. Dawn sejrin jinkludu il-pazjenti li soltu jinqdew mill-ispizeriji centralizzati tal-gvern.

Fit-tielet fazi, wara diskussjonijiet mal-partijiet socjali kkoncernati, jigi stabbilit mudell ta’ rimbors mill-Gvern ghall-medicini li  ser jigu mqassma mill-ispizeriji, liema prezz ser ikun miftiehem bejn il-partijiet kollha.

Bejn it-tieni u it-tielet fazi ser tigi implementata sistema komputerizzata fl-ispizeriji kollha li tassigura awditjar finanzjarju, ta’ “stock” u , iktar importanti, awditjar professjonali. Ser jigi installat “software” li ser ikollu access ghal - “patient medication records’ li jghinu lill-ispizjar biex jaghmel monitoragg tajjeb tal-profil medicinali ta’ kull pazjent. B’hekk isir uzu ahjar tal-medicini b’rizultati miextieqa u b’tnaqqis ta’ “drug misadventures” li hafna drabi jfissru li pazjent gej u sejjer l-isptar ghall-aktar kura u li l kundizzjoni tiddetterjora, kif ukoll il- kwalita tal-hajja.

Dan kollu ser ihalli effett posittiv fuq is-sostenibilta fil-kamp tas-sahha.

Dan l-izvilupp fid-decentralizzazzjoni lejn il-komunita ta’ dawn is-servizzi gibed hafna sapport mill-pubbliku li kien ilu jistennih; lis-spizeriji u l-ispizjara ukoll hatfu l-opportunita li jizvilluppaw is-servizzi taghhhom u il-professjoni farmacewtika, jigiefieri spizjara propjetarji u ‘managing’ u ‘locum’,  flimkien mas-sidien hadmu id f’id biex wasalna ghal dan il-ftehim  mal gvern.

 Iz-zewgt organizzazjonijiet jixtiequ jissottolinejw li sew il –ministri, u  l-oghla ufficcjali fl-OPM,  kif ukoll tall-MHEC u il-MFIN hadmu maghna u kullhadd ghamel hiltu kollha biex tinstab linja konvergenti. Dan huwa awgurju tajjeb ghal futur.

Nixtiequ ukoll nirringrazzjaw lill-Onorevoli Prim Ministru  li wera sensitivita kbira lejn il-bzonn ta’ min hu l-aktar vulnerabbli, il-pazjent, waqt li gharaf i-imporantza tal-professjoni u is-settur farmacewtici fil-Komunita.

Nixtiequ ukoll nirringrazzjaw lill-medja li segwiet b’interess l-izviluppi li kien hemm u li dejjem  taghtna spazju ghal djalogu demokratiku.

Fl-ahhar izda mhux l-inqas, nixtiequ nirrangrazzjaw lill- membri kollha tal- kumitat kongunt , tal-kunsilli rispettivi u tal-membri taghna ghax-xoghol u s-sostenn kontinwu li wrew.

Grazzi.

Mary Ann Sant Fournier                       Mario De Bono

President                                                President

Malta Chamber of Pharmacists                  Pharmacy Owners’ Section GRTU                   

Last Updated ( Sunday, 05 August 2007 )
 
< Prev   Next >
 
We have 3 guests online
 
LASTEST NEWS

Green MT launches new web site. Click here to visit

Business performance Survey
January to June 2010

Current Time
 
Advertisement