Main Menu
Home
About Grtu
Contact Us
Search
Links
Administrator
Publications
How to join
Photo Gallery
Our Location
 
 
Latest News
 
 
GRTU Event Calendar
SunMonTueWedThuFriSat
01020304
05060708091011
12131415161718
19202122232425
2627282930
Upcoming Events
There are no upcoming events!
 

 

 

Il-Qorti tisma t-talba tal-GRTU ghas-Sospensjoni tat-Tender tal-Computers tal-Gvern PDF Print E-mail
Friday, 10 August 2007

Il-Qorti ippreseduta mill-Imhallef Onor. Geoffrey Valenzia illum semghet it-trattazjoni tar-rikors * li ghamlet il-GRTU kontra l-Prim Ministru, l-Ministru tal-MIIT u l-MITTS u d-Direttur Generali (kuntratti) fejn l-GRTU qed titlob illi t-tender ghal-Computer Systems ghall-Gvern jittwaqqaf ghaliex id-drittijiet tal-imsiehba tal-GRTU kienu pregudikati meta ir-rapprezentanti tal-Gvern iltaqghu u iddiskutew it-tender mal-membri tal-kamra tal-kummerc u ma ltaqawx mal-membri tal-GRTU mil-qasam tal-IT u Computer Systems.

 

Il-kaz gie aggornat ghat-Tnejn 13 ta’ Awwissu 2007 fl-10.00 am meta il-Qorti taghti d-decizjoni taghha.

 

F’ nota lill-media li harget il-GRTU nhar l-Erbgha 8 ta’ Awwissu fis-6.30pm ghalkemm intqal li s-smiegh tar-Rikors kellu jsir il-Gimgha 10 ta’ Awwissu, b’zvista intqal ukoll illi t-talba tas-sospenzjoni tat-tender kienet milqugha. Il-GRTU tiskuza ruhha ghall-kull inkonvenjent li setgha nholoq ghax illum irrizulta li ma kienx hemm sospensjoni.

______________________________________________________________

* Mandat t’Inibizzjoni numru 1186/07GV

 

 
< Prev   Next >
 
We have 18 guests online
 
 

LASTEST NEWS

Green MT launches new web site. Click here to visit

 
 

Business performance Survey
January to June 2010

 
 
Current Time
 
 
Advertisement