Main Menu
Home
About Grtu
Contact Us
Search
Links
Administrator
Publications
How to join
Photo Gallery
Our Location
 
 
Latest News
 
 
GRTU Event Calendar
SunMonTueWedThuFriSat
01020304
05060708091011
12131415161718
19202122232425
2627282930
Upcoming Events
There are no upcoming events!
 

 

 

Il-GRTU fuq l-gholi tal-prezzijiet PDF Print E-mail
Tuesday, 11 September 2007
Id-Direttur Ġenerali tal-GRTU- l-Assoċjazzjoni tan-Negozji Żgħar u Medji- Vince Farruġia illum appella` lill-Kummissarju Ewropeja għall-protezzjoni tal-konsumatur Megelena Kuneva biex il-Kummissjoni Ewropeja tfassal liġijiet ċari u skemi apposta ta` kif għandha tkun mitigata l-mewġa kbira ta` żidiet fil-prezzijiet fuq ħafna prodotti ta’ l-ikel.

 

Din hija sitwazzjoni li qegħda tinħoloq minħabba ż-żidiet kbar li qegħdin jaqgħu fuq is-swieqi nternazzjonali għal-prodotti essenzjali bħal qmugħ, ċerejali, laħam, ħalib u prodotti oħra. Iż-żidiet fil-prezzijiet ta` dawn il-prodotti primarji qed tikkawża żidiet fil-prezzijiet ta` prodotti bħal ħobż, laħam, ħalib, butir, ġobon, għaġin u l-prodotti l-oħra kollha li jiddependu fuq l-agrikoltura. Il-kawżiet ewlenin huma t-taħwid fil-klima, il-mard, kif wkoll l-enfasi kbira li qegħda ssir biex ħafna art fiż-żoni ewlenin ta` produzzjoni fid-dinja qed ikunu allokati għall-produzzjoni ta` biofuels bil-konsegwenza li l-produzzjoni ta` prodotti primarji għall-ikel qegħda tonqos u l-prezzijiet qegħdin jiżdiedu b’mod konsistenti. Din hi sitwazzjoni li l-esperti qegħdin isostnu li ser tibqa’ għall-żmien twil hekk kif id-domanda ta` l-ikel tkompli tiżdiet b’ritmu mgħaġġel.       

 

F’Malta u f’diversi pajjiżi oħra kemm fl-Unjoni Ewropeja kif ukoll barra qiegħed iqum paniku fost il-konsumaturi meta qed jaraw li l-prezz tal-ħalib nej jgħola bil 15% f’perjodu ta` tlett xhur u prodotti bħall-ħalib skimmed tat-trab jgħola b’20% min April l’hawn. Fl-UE l-ħażna tal-butir naqset b’50% fuq dik tas-sena ta` qabel u fl-Italja l-prezz ta` l-għagin tela` b’20%. Żidiet fil-prezzijiet qegħdin jinħassu b’mod regolari u konsistenti, u l-prezz tal-ħobż għola kullimkien mill-għanqas erbgħa ċenteżmi kull ħobża.

 

F’diversi pajjiżi fl-Ewropa u fosthom f’Malta diġa bdew jinstemaw ilħna ta’paniku u xi wħud li suppost jafu aħjar qegħdin jippretendu li l-gvernijiet jimponu sistemi ta` kontroll tal-prezzijiet jew skemi kbar ta` sussidji. Kif spjegat il-Kummissarju Kuneva l-bieraħ filgħodu waqt il-business breakfast, l-UE ma għandha l-ebda ħsieb li tbiddel l-istruttura tagħha, li hi bbażata fuq il-kompetizzjoni ġusta u ekonomija ħielsa, w lanqas ma hi se tidhol għal sistemi ta` sussidji ta` ikel mill-gvern bi ksur tar-regolamenti ewropej li jikkontrollaw is-sussidji mill-istat (state aid).

 

Il-GRTU qegħda tappella` pubblikament lill-gvern biex jirrezisti lil dawk li bl-għaġla u għall-skopijiet tagħhom qegħdin jinstigaw lill-gvern biex idawwar l-arloġġ lura xi għoxrin sena u jsallab lill-ħwienet u lin-negozji b’ħafna nkwiżizzjoni żejda ta` kontrolli ta` prezzijiet li ma jwasslu mkien u minflok jistudja flimkien mar-rappreżentanti tal-kummerċ kif jintnaqqas l-ixkiel żejjed u il-ħlasijiet u l-ispejjeż żejda li jġegħlu li l-prezzijiet li huma diġa mposti għoljin min barra ma jkollomx għalfejn jitgħabbew b’ħafna spejjeż żejda. Ħafna min dawn l-ispejjeż żejda huma mposti mil-gvern jew awtoritajiet pubbliċi jew monopolji ta` l-istat.

 

Il-GRTU flimkien mall-membri tagħha qegħda twiegħed il-kooperazzjoni totali tagħha biex bla paniku u bla inbix żejjed lill-kummerċjanti tinstab sistema sabiex id-daqqa li ġejja min barra nilqgħu għalija b’mod intelliġenti biex ma nerġgħux naqgħu għal sistemi li fil-passat ma taw l-ebda riżultat posittiv.   

 

 

 
< Prev   Next >
 
We have 14 guests online
 
 

LASTEST NEWS

Green MT launches new web site. Click here to visit

 
 

Business performance Survey
January to June 2010

 
 
Current Time
 
 
Advertisement