Main Menu
Home
About Grtu
Contact Us
Search
Links
Administrator
Publications
How to join
Photo Gallery
Our Location
 
 
Latest News
 
 
GRTU Event Calendar
SunMonTueWedThuFriSat
01020304
05060708091011
12131415161718
19202122232425
2627282930
Upcoming Events
There are no upcoming events!
 

 

 

M'hawnx krizi PDF Print E-mail
Wednesday, 26 September 2007
It-talba ta l-Ghaqda tal-Konsumaturi ghall-price freeze hi gennata kbira u l-gvern ghamel sewwa li cahad mal-ewwel din it-talba.

 

Il-GRTU illum bi pjacir tinnota li z-zewg partiti politici ewlenin huma kommessi favur l-kompetizzjoni gusta u s-suq hieles u li hadd ta’ l-affari tieghu fil-kamp politiku ma jdoqq id-diska stunata ta’ politika fejn l-Gvern irid jidderigi u jiddetta l-prezzijiet tal-prodotti tal-konsum f’suq hieles. Il-GRTU hi sodisfatta li l-Gvern, lejliet id-dhul ta’ Malta fiz-zona Ewro, qabel ma hafna suggerimenti  li ghamlitlu l-GRTU, fosthom dik li jhaddem is-sistema FAIR fejn fuq bazi volontarja s-sidien tan-negozji jaqblu li jhaddmu sistema ta’ ‘dual display’ b’attenzjoni stretta ghall-rata tal-kambju bejn lira Maltija u Ewro.

 

Il-GRTU qed taghmel kull sforz biex tara li s-sidien tan-negozji jkunu fidili ghal-rabta li ghamlu li jhaddmu l-bidla ghall-Ewro bil-galbu. Il-GRTU wkoll qed taghti s-support shieh biex ikun hemm osservazzjoni bla mpozizzjoni tal-prezzijiet halli fejn ikun hemm diffikultajiet dawn jintghelbu bla hafna xkiel zejjed lill-kummerc. Il-GRTU ukoll qed tinkoraggixxi lill-kummercjanti biex fejn jistghu jgibu assigurazzjoni minghand min ibghelhom minn barra minn Malta biex ghal perjodu stabbilit dawn ma jghollulhomx l-prezzijiet. Il-GRTU taqbel li l-Gvern ghandu jkompli jimxi b’politika fejn l-importaturi jkunu nkoragguti u mghejuna anke bi krediti finanzjarji apposta halli jixtru b’irhis u bil-kwantita imma dan dejjem bla imposizzjoni fuq hadd.

 

Il-GRTU temmen li l-bidla ghall-Ewro ta’ Malta qed issir bil-galbu ghax il-Gvern qed jaddotta l-principju ta’ koperazzjoni u mhux ta’ l-impozizzjoni. Hu ghalhekk li l-GRTU topponi bil-kbir kull meta xi hadd jinqeda bin-NECC biex jimponi xi hmerija bhall dik li giet ippublikata fil-gazzetta li titqassam bieb bieb minn l-istess NECC, fejn l-konsumaturi gew imwebbla li jezistu xi prezzijiet li jghidulhom ‘average prices’. L-‘average price’ hija invenzjoni statistika bhall ma hija invenzjoni statistika l-familja medja ta’ 2.4 persuni. Il-GRTU mhux kontra recommended prices li jaghmel l-importatur jew l-produttur sakemm dawn il-prezzijiet ma jkunux imposti  b’ xi ligi. Izda l-GRTU qed topponi ghall-pubblikazzjoni ghall dawn l-imsejha ‘average prices’ ghax  huma prezzijiet fittizzji u min hareg b’ din il-hmerija qed jaghmel hsara kbira lin-negozji z-zghar ta’ pajjizna.

 

 In-negozji ta’ pajjizna huma is-sinsla tal-kompetizzjoni u tas-suq hieles. Min ghandu ghan-negozji z-zghar ta’ pajjizna ghandu jiddikjara hekk pubblikament u mhux jinqeda bin-NECC.

 

Il-GRTU tappella lil Gvern biex ma jaqghux ghall-imbiexi ta’ hadd u jkompli b’politika li taghti lil Malta l-anqas rata l-inflazzjoni f’20 sena.

 

 

 
< Prev   Next >
 
We have 14 guests online
 
 

LASTEST NEWS

Green MT launches new web site. Click here to visit

 
 

Business performance Survey
January to June 2010

 
 
Current Time
 
 
Advertisement