|
Illum il-kwistjoni taz-zidiet fil-prezzijiet tithaddem f’Malta skond
in-normi u direttivi tal-Unjoni Ewropea. Il-bazi hi l-kompetizzjoni gusta u
l-protezzjoni tal-konsumatur u l-efficjenza. Dwar il-EuroChangeover il-GRTU,
f’isem is-sidien tan-negozji waslet fi ftehim dwar l-iskema Fair u qed
tithaddem ukoll sistema li biha jkun assigurat li l-prezzijiet ma joghlewx
minhabba l-bidla ghall-Ewro. Il-GRTU wkoll thaddem sistema hi stess li biha
tghin lin-nies tal-hwienet biex ikun assigurat li l-prezzijiet ma joghlewx
sempliciment ghax gejja l-bidla ghall-Ewro.
Il-prezzijiet
izda joghlew ghal diversi ragunijiet. L-aktar minhabba l-gholi fil-pagi,
minhabba l-gholi tal-prodotti u l-materja prima, li l-bicca l-kbira jigu minn
barra, u wkoll minhabba l-imposizzjoni u l-ispejjez dejjem jizdiedu li jrid
jiffacja kull min hu fin-negozju. L-akbar fost dawn illum hi s-surcharge fuq
l-elettriku u l-ilma.
F’Awissu
l-prezzijiet ta’ hafna prodotti tal-ikel zdiedu u komplew zdiedu f’Settembru u
ser jibqghu jizdiedu. Zdiedu ghal diversi ragunijiet l-aktar minhabba il-mod
kif tahdem il-pixkerija u l-pitkalija. Fix-xhur li gejjin ser ikomplu joghlew
hafna prodotti tal-ikel minhabba l-krizi li hawn fid-dinja fuq prodotti
tal-biedja bhal cereali u prodotti ohra tal-ikel. Imma dan m’ghandu x’jaqsam
xejn mal-Ewro. Sa Jannar 2008 u wara zgur li l-prezzijiet jibqghu joghlew,
naghmlu x’naghmlu ahna, ghax dawn zidiet li jigu minn barra. Li nistghu naghmlu
f’Malta hu li nizguraw li l-kompetizzjoni tahdem bis-serjeta u li l-Gvern u
l-awtoritajiet kollha ma jkomplux jghabbu spejjez aktar fuq in-nies tal-hwienet
u fuq kull min irid ibiegh servizz u fejn jista’ l-Gvern jghin biex in-nies
ikollhom aktar flus fil-but.
Min
jahseb li ekonomija miftuha berah bhal ta’ Malta jista’ jregga l-arlogg lura xi
ghoxrin sena u johloq sistemi ta’ price control li jgellduna
mal-Kummissjoni Ewropeja u joholqu xkora nkwiet ghan-negozji b’hafna
burokrazija zejda, jizbalja u jizbalja bil-kbir.
Il-GRTU
tappella lil Gvern u l-Opposizzjoni u lil kelliema ghall-konsumaturi biex ma
jwebblux lin-nies li xi darba qatt nistghu naqghu lura ghas-sistemi ta’
kontrolli li fil-passat ma gabux hlief inkwiet, skarzezzi u stagnar.
Il-GRTU
tappella lil kulhadd biex, bhal ma qed taghmel l-GRTU, kulhadd jaghti s-sehem
shih tieghu biex is-sistemi li ghandna inhaddmuhom tajjeb u l-energija nahluha
biex infasslu skemi godda li jkattru l-kompetizzjoni u jtaffu l-pizijiet zejda
li huma l-htija ta’ zidiet li nistghu nevitawhom, u dan bla ma nfixxklu lil min
irid jaghti servizz lil komunita.
|