Main Menu
Home
About Grtu
Contact Us
Search
Links
Administrator
Publications
How to join
Photo Gallery
Our Location
 
 
Latest News
 
 
GRTU Event Calendar
SunMonTueWedThuFriSat
01020304
05060708091011
12131415161718
19202122232425
2627282930
Upcoming Events
There are no upcoming events!
 

 

 

Il-Membri tal-GRTU jiltaqghu ma negozjanti barranin PDF Print E-mail
Friday, 05 October 2007

Il-GRTU tahdem biex twassal opportunitajiet godda lin-negozji Maltin

 

Bil-ghan li aktar negozji Maltin ifitdxu aktar opportunitajiet fil-kumplament ta` l-Unjoni Ewropeja il-GRTU bdiet sensiela ta laqghat ma delegazzjonijiet ta’ negozjanti barranin kemm mill-pajjizi tal-Unjoni Ewropeja w ohrajn mill-pajjizi tal-Mediterran.

 


 


Matul dawn l-ahhar gimghatejn membri tal-GRTU kellhom l-opportunita` li jiltaqghu ma negozjanti mis-Slovenia, Israel u Montenegro.

 

Slovenia: L-arrangament ghall-visita ta’ managers u imprendituri mis-Slovenia kienu mad-ditta kbira Sava. Din hi kumpanija li ghandha investimenti f’kull settur ta` l-ekonomija, fostom: kummerc, industrija, turizmu, sahha u distribuzzjoni u retailing. Il-vista kienet possibli bl-intervent tad-ditta ta` Maruizio Ellul

 

26 managers u mprendituri minn Slovenia iltaqghu ma numru ta’ negozjanti membri tal-GRTU ghall-Konferenza u networking fil-GRTU. Iz-zewg nahat taw l-prezentazzjoni ta’ l-opportunitajiet li jezistu fiz-zewg pajjizi ghall-joint-venture bejn negozjanti Maltin u Sloveni bl-ghan li flimkien ifasslu kif jikkumplimentaw lil xulxin biex jirbhu kuntratti fis-suq kbir tal-kummerc ewropew. Wara l-laqgha fil-GRTU saru wkoll numru ta’ arrangamenti individwali fejn l-imprendituri Sloveni setghu jiltaqghu man-negozjanti Maltin fl-intraprizi taghhom fuq bazi individwali u gew identifikati progetti li fuqhom ser jitkomplew in-negozji.

 

Israel: It-tieni inkontru inprenditorjali kien ma 20 negozjant mill-Israel. L-arrangamenti saru mill-GRTU flimkien mal-Federazzjoni tal-Kmamar tal-Kummerc ta` l-Israel bl-intervent tad-ditta Maltija ta` l-ivvjaggar Special Delivery travel. L-enfasi ta’ dawn l-inkontri kien fuq it-twaqqif ta joint ventures u attivita kummercjali mifthiema fejn kummercjanti Maltin dahhlu f’arrangamenti biex prodotti u know-how ta` imprendituri private Israeliti jkunu disponibbli ghall-imprendituri Maltin li jridu jittenderjaw ghall-xoghol u kuntratti tal-Unjoni Ewropeja. Jassistu lill-imprendituri negozjanti Israeliti li gew Malta kien hemm l-ambaxxatur Malti ghall-Israel is-Sur Abraham Borg u ic-Charge D’Affairs ghall Kummerc tal-Ambaxxati Israeljani Ms. Gila Rosiner

 

Montenegro: It-tielet fis-serie ta’ inkontri kummercjali kien ma grupp ta’ imprendituri mill-Montenegro migjuba f’Malta permezz ta` l-Intervent tas-Sindku ta’ Pembroke is-Sur Joe Zammit. Id-direttur General ital-GRTU spjega lir-raprezentanti tal-kummerc, industrija u tal-municipalita ta Cetinje, kif il-GRTU tista` tghin lis- self-employed u business owners ta Montenegro jarmaw ruhhom ghal waqt in-negozjati ma l-Unjoni Ewropeja, u wara dank if il-Montenegro jkun qed jaddotta l- acuis communautaire. Il-GRTU diga qed taghmel hekk ma l-imprendituri u l-kummercjanti tal-Kroazja. Il-GRTU u d-delegazzjoni minnMontenegro qablu li jizviluppaw ahjar ir-relazzjonijiet bejniethom biex in-negozjanti Maltin li huma membri tal-GRTU jkunu minn ta’ quddiem biex jahtfu l-possibilitajiet ta’ kummerc u investiment li jezistu fil-Montenegro, hekk kif dan il-pajjiz qabad it-triq ghas-shubija fl-Unjoni Ewropeja,

 

Fit-tlett delegazzjonijet id-Direttur Generali tal-GRTU, Vince Farrugia spjega l-opportunitajiet li toffri Malta bhala membru tal-Unjoni Ewropeja biex flimkien jkattru l-opportunitajiet li jistghu jinkisbu mis-suq kbir ewropew. Is-Sur Farrugia spjega kif l-GRTU issa qed thaddem sistema kif twassal aktar fil-qrib negozjanti minn pajjizi diversi li jixtiequ juzaw il-hila tan-negozjanti Maltin. Dan biex negozji zghar minnminn iehor jahdmu flimkien ha jkattru n-negozju taghhom lil-hinn mill-konfini ta’ pajjizhom. Is-sur Farrugia spjega li ghall-Malta din hi haga ta’ htiega kbira hekk kif hafna negozji Maltin dahhlu fit-tielet generazzjoni ta’ negozju w iz-zaghzagh imprenditorjali Maltin qed ificcu know-how, prodotti u servizzi godda li bihom jikkompetu mhux biss fuq is-suq limitat Malti imma fuq is-suq vast ewropew. pajjiz u

 

Fil-kaz ta’ Slovenja kif wkoll fil-kaz ta’ Israel gew identifikati oqsma precizi li fuqhom numru ta’ negozji Maltin u Sloveni u Israeljani ser jahdmu bil-ghan li jitwaqqfu attivitajiet kummercjali u imprenditorjali mhallta. Delegazzjonijiet ta` negozjanti u zviluppaturi w imprendituri Maltin issa ser igawdu billi l-Israel, is-Slovenia u l-Montenegro fix-xhur li gejjin, fuq inizjattivi tal-GRTU, jkunu tistghu jigu ivvalutatiahjar u segwiti il-proposti li saru.

 

 

 
< Prev   Next >
 
We have 17 guests online
 
 

LASTEST NEWS

Green MT launches new web site. Click here to visit

 
 

Business performance Survey
January to June 2010

 
 
Current Time
 
 
Advertisement