Main Menu
Home
About Grtu
Contact Us
Search
Links
Administrator
Publications
How to join
Photo Gallery
Our Location
 
 
Latest News
 
 
GRTU Event Calendar
SunMonTueWedThuFriSat
01020304
05060708091011
12131415161718
19202122232425
2627282930
Upcoming Events
There are no upcoming events!
 

 

 

Il-GRTU u l-Gvern ma jiftehmux dwar il-Biccerija PDF Print E-mail
Monday, 08 October 2007
Illum it-Tnejn 8 ta’ Ottubru mhux ser issir qatla tac-canga wara li l-Ministeru tal-Biedja habbar li fil-15 ta’ Ottubru il-Gvern kien se jimponi sistema gdida ta’ kif isir ix-xoghol tat-tqattiegh u bejgh ta’ bhejjem maqtula fil-Marketing Hall tal-biccerija. Dan l-management tal-biccerija iddecieda li jimponih bla ma kien lahaq ftehiem mal-GRTU li tirraprezenta l-bicciera (slaughterers/middlemen). Illum tkomplew it-tahdidiet, imma  ftehim ma ntlahaqx ghax il-Gvern baqa’ jinsisti fuq sistemi li l-bicciera jsostnu li effettivament joqtlu is-suq ghac-canga friska lokali.



ll-bicciera huma negozjanti  li jixtru minghand ir-rahhala li jrabbu l-baqar u l-ghoggiela u dawn l-annimali wara li jittellghu l-biccerija jinqatlu u wara li l-annimali maqtula jitpoggew ghal  ghazla tas-sidien tal-hwienet tal-laham u xerrejja ohra, jitqattghu skond l-ordnijiet ta’ min jixtri u wara jingarru direttament ghand ix-xerrejja.

Il-Ministeru tal-biedja bi ftehiem mal-bicciera ghaddej b'sensiela ta’ riformi u investiment biex il-livell ta’ operat jitranga u joghla l-livell ta’ igene fil-biccerija ghal-livell mitlub mid-direttivi Ewropej. ll-bicciera instigati mill-GRTU investew u ikkoperaw bis-shih biex l-ghola livell ta’ igene ikun assigurat. Il-Gvern issa izda qed imur oltre u bis-sistemi li jrid idahhal fil-15 ta’ Ottubru jrid ikisser l-istruttura kompettiva tas-suq u jagmilha impossibbli li l-bicciera jbieghu x-xoghol li jkunu xtraw minghand ir-rahhala jekk mhux  b'telf kbir ghalihom.

Is-suq ghac-canga friska llum hu miftuh u barra l-kompetizzjoni tal-laham tal-friza impurtata hemm wkoll il-kompetizzjoni  tal-laham frisk impurtat. Daqs nofs it-total li kull gimgha johrog frisk mil-biccerija illum jingieb minn barra u x-xerrej ghandu ghazla kompetittiva min fejn jixtri.

Filwaqt li l-kompetitur privat tal-biccerija jaghti lix-xerrej l-facilitajiet kollha biex il-hwienet u resellers ohra li jixtru il-laham impurtat jkollhom cans jaraw u jaghzlu u mhux jixtru  fil-ghama. ll-management tal- biccerija issa qed jipretendi li jimponi fuq l-bicciera li  dawn ma jibqghux ihallu lix-xerreja jaghzlu u jiddeciedu huma  xi jridu jixtru wara li jkunu raw x'inqatel, izda li jixtru fl-ghama.

Is-sistema il-gdida timponi wkoll kundizzjonijiet li jaghmluha impossibbli ghal-bicciera li jahdmu ghax la huma u lanqas il-biccerija m’ghandhom l-ingenji u l-facilitajiet li jaghmluha possibbli li x-xoghol isir kif qed ikun iddettat.

Il-problema m'hiex wahda ta’ igene, issostni l-GRTU, ghax dwar dan il-bicciera lesti biex jaddottaw regolamenti ta’ ilbies u proceduri, imma ta’ regolamenti  li m’humiex applikabbli ghas-suq zghir Malti fejn ma jinbieghx annimal shih lix-xerrej imma bicciet skond id-domanda li kull hanut ghandu. Hu ghalhekk  bilfors li jrid isir wiri u tqattiegh li normalment f'bicceriji kbar ma jsirx.

Il-GRTU qed taghmel kull sforz biex twassal lil bicciera ghal ftehim imma f'nuqqas ta’ ftehim il-GRTU kienet kostretta biex b'effett mil llum it-Tnejn 8 ta’ Ottubru l-bicciera ma jixtrux bhejjem minghand ir-rahhala u ghalhekk mil llum 8 ta’ Ottubru mhux ser issir qatla tac-canga fil-biccerija.


Dan l-GRTU mhux qed taghmlu b'disprezz lejn ir-rahhala li lejhom minn dejjem kellha l-akbar rispett imma bi protesta kontra l-imposizzjoni ta’ regolamenti li, bl-iskuza tal-igene, qed ikissru l-istruttura kompettiva tas-suq u jkissru ix-xoghol tal-bicciera.

 

 
< Prev   Next >
 
We have 2 guests online
 
 

LASTEST NEWS

Green MT launches new web site. Click here to visit

 
 

Business performance Survey
January to June 2010

 
 
Current Time
 
 
Advertisement