|
Il-progett
tal-paviment ta’ Triq il-Merkanti, Pjazza San Gwann u t-toroq tal-madwar biex
tinholoq, flimkien ma Triq ir-Repubblika, zona pedonali li tkopri c-centru
kummercjali u storiku ewlieni ta’ pajjizna, hu progett li l-GRTU ilha tirsisti
ghalieh 30 sena.
l-GRTU mill-bidu tal-progett ta’
Triq il-Merkanti, laqqghet lis-sidien tal-hwienet u negozji ohra u holqot Forum ta’
konsultazzjoni strutturata mal-Ministeru ta’ Ninu Zammit, u mal-esperti tieghu u
l-periti responsabbli mill-progett biex ikun assigurat li l-progett jitwettaq
fl-anqas zmien possibli u bl-aktar mod efficjenti u konsultazzjoni shiha mal-istakeholders
kollha.
Qatt l-GRTU ma bassret li l-Forum
ta’ konsultazzjoni li hoqot l-GRTU ma kienx ser jintuza mill-Ministeru hlief
darba wahda biss bir-rizultat, li kulhadd waqa
fil-ghama. Issa l-Ministru qed jghid li
l-GRTU ma tafx x’inhu jsir. Affarjiet
tar-redikolu. Min kien obbligat li jikkunsulta u jghid b’mod formali u
strutturat uminn fuq wehel min gie mcahhad mill-informazzjoni u
mill-konsultazzjoni.
regolari naqas li jaghmel dmiru, u
Il-GRTU ghandha fiducja li fl-ahhar
mill-ahhar il-progett isir sewwa. Imma dak li sar s’issa kien deficenti hafna u batew
ghalieh hafna nies, l-aktar s-sidien tan- negozji fi Triq il-Merkanti u Pjazza
San Gwann u t-toroq tal-madwar, li halsu
qares u minn buthom tort tal-inkompetenza ta’ min hu responsabbli. Kull project
manager ta’ l-affari tieghu jaf li qatt ma ghandu jibda jwaqqa u
jaqla jekk m’ghandux pjan lest bir-rizorsi u l-materjali assigurati kollha fi
zmien adatt biex l-progett jitwettaq sewwa u
f’waqtu.
Triq
il-Merkanti setghet tlestiet sa l-ahhar ta’ Settembru u mhux ser tibqa tkaxkar
sa Dicembru kieku l-materjal tal-paviment kien
ordnat kif suppost u l-progett kien imfassal
bil-ghaqal.
Il-Kaxxa
ta’ Malta
issa sofriet telfa ohra ta’ flus tal-Ewropa wara dak li gara
fit-Turizmu.
Meta
l-Gvern, tort ta’ min naqas minn
dmiru, kien sfurzat johrog x-xiri tal- paviment b’direct order,
Malta
tilfet ic-cans li tiehu l-flus, li bi dritt huma taghha mill-Unjoni Ewropeja, u
issa tilfithom. Ghax l-Unjoni Ewropeja ma taghmilx tajjeb
ghad-direct
orders.
Il-Ministru
ghajjar l-GRTU li ma tafx x’inhi tghid.
Nafu x’ahna nghidu: min hu responsabbli jaghmel tajjeb jekk jaqdi dmiru u ma
jibqax jghaddi n-nies biz-zmien.
|