Main Menu
Home
About Grtu
Contact Us
Search
Links
Administrator
Publications
How to join
Photo Gallery
Our Location
 
 
Latest News
 
 
GRTU Event Calendar
SunMonTueWedThuFriSat
010203
04050607080910
11121314151617
18192021222324
25262728293031
Upcoming Events
There are no upcoming events!
 

 

 

Meta ser nieqfu noholmu PDF Print E-mail
Monday, 13 January 2003
Holm u Fatti
Il-holm ta’ certi nies inixxifni. Nistghageb kif nies ta’ certu livell u ta’ certa esperjenza jibqghu ilissnu stejjer li mhumiex ghajr holm u jitkellmu apparentament b’konvinzjoni. Ghax qisu f’dan il-pajjiz taghna li jekk tghid xi haga, anke l-akbar holma, b’hafna pomposita’ u tibqa’ tirrepetiha u ssostniha bhala stat ta’ fatt, allura b’daqshekk il-holma ssir fatt. X’kull wahda! Dwar din il-bicca ta’ l-Unjoni Ewropea u dwar l-istat ta’ l-ekonomija u l-futur ta’ Malta in-generali qed jinghad kliem li ahjar insejjahlu holm milli xi haga ohra.


 

Illum fortunatament in-nies mhux hmir. Ma tantx jimpressjonaw ruhhom mill-paroli fil-vojt u mill-islogans bla sens. L-aktar li jdejjqu in-fatti huma dawk li bhal pappagall jirrepetu hafna frazijiet u jirrepetu hafna stejjer li x’hin taghsarhom ma ssibilhom l-ebda sustanza. Ghax ghalkemm kulhadd ikejjel b’xibru, izda kulhadd jaf li l-manna ma taqax mis-sema. Li pajjizna hu pajjiz zghir u jrid aktar minn haddiehor milli haddiehor irid minna. Li dak li ghandna f’pajjizna: riservi, patrimonji, industrija, kummerc, biedja, sajd, tarznari, skejjel, sptarijiet, istituzzjonijiet, djar, banek, negozji, lukandi, portijiet, ajruport – hu x’inhu, ghamilnieh ahna l-Maltin bil-bzulija u l-makkakkerija taghna.

Kull min gie f’pajjizna, gab mieghu, mhux ma gabx, u l-Maltin tghallmu u mexxew il-quddiem. Izda fl-ahhar mill-ahhar konna dejjem ahna li hadna hsieb taghna nfusna. Il-klassi politika Maltija, matul is-snin ma nistghux naqbdu u narmuha, ghax b’mod generali, biex ma noqghodux niddistingwu fost il-personalitajiet, kienu kapaci li dan n-naqra ta’ pajjiz jibnuh. Ma bnewx ghax sabu z-zejt jew ghax sabu t-tezori. Bnew ghax habblu rashom, ghax ma fdawx, ghax gharfu x’kien l-ahjar li jaghmlu fil-mumenti krucjali. Ghax lil hinn mill-genn u mis-sahna tal-partiggjanizmu, fl-ahhar mill-ahhar dejjem gharfu x’kien l-ahjar ghal pajjizna. Ghamlu zelqiet mhux m’ghamlux, izda jekk naraw anke l-istorja ta’ dawn l-ahhar mitt sena, naraw kif il-mexxejja politici Maltin imxew sewwa. Mexxew lill-Maltin mid-dominanza imperjali ghall-ewwel self-government, ghal holqien ta’ l-iskejjel u l-iskemi ta’ assistenza socjali u ta’ tahrig, lil hinn mit-tkissir ta’ gwerra mondjali u farkittna. Mexxewna lejn il-holqien ta’ welfare state u possibiltajiet ta’ xoghol godda f’pajjizna bla htiega ta’ emigrazzjoni, lejn il-holqien ta’ valur ekonomiku produttiv f’oqsma li kwazi kienu mpossibbli ghal pajjiz ckejken bhal taghna bi ftit rizorsi bhal ma rnexxielna naghmlu fl-industrija u fil-biedja u fit-turizmu. Hloqna produzzjoni nazzjonali ta’ valur kbir, centri tal-finanzi, free port, banek ta’ kwalita’, servizzi essenzjali tajbin, portijiet u ajruporti armati sewwa u struttura u kwalita’ ta’ hajja li ma nistghux immaqdruha meta nqabblu ruhna ma pajjizi li bhalna huma nieqsa minn hafna rizorsi.

Fuq kollox izda, hrigna mill-kolonjalizmu bla tixrid ta’ demm. Gibna r-riformi socjali u politici nterni filwaqt li sahhahna l-istituzzjonijiet demokratici taghna. Hadna postna f’dinja fejn, ghalkemm fost l-izghar nett, dejjem irnexxielna nsemmghu lehinna specjalment fuq in-naha t-tajba, favur l-istabbilta’, favur il-paci fid-dinja, favur in-nuqqas ta’ tensjoni, kontra l-armamenti, favur il-gustizzja, favur is-sewwa. Hadna fama bhala pajjiz zghir, kapaci, stabbli u hanin. Mhux ftit dan ghal pajjiz zghir. U dan mhux holm. Dawn huma fatti.

Fejn sejrin
Issa pero’ qed iwebbluna li qisna f’xifer ta’ presipicju, jew lejliet l-ispluzjoni ta’ gid u hena li qatt ma rajna bhala. Dan hu holm u kliem esagerat. Jigri x’jigri f’pajjizna fis-snin li gejjin, ahna mhux ser nisparixxu jew ser ninbelghu. U jwieghduna kemm iwieghduna, hadd mhu ser jigi f’pajjizna u jaghmilna sinjuri u kuntenti. L-ghazla verament hija dwar modi differenti ta’ kif ser inkunu kapaci nkomplu nhaddmu l-izviluppi politici, ekonomici, socjali u kulturali taghna. Dwar x’ghodod ser nuzaw biex nohorgu mill-problemi li ghandna u kif nistghu nibnu futur ahjar fis-sikurezza u bi kwalita’ ta’ hajja li tibqa’ toghla. Izda zgur li l-ewwel irridu naghzlu l-ahjar mezzi biex insolbu l-problemi l-kbar li ghandna llum. Problemi kbar li d-dahna kbira ta’ kliem li hawn bhalissa dwar nidhlu u ma nidhlux fl-Unjoni Ewropea bhal donnu qed jidfen u jinsa.

U din fil-fatt hi l-ewwel holma li l-poplu Malti jrid johrog minna. Mhux ghax, bhal ma jsir dejjem, kien hemm is-soltu xiri u xalar ta’ matul il-festi ta’ l-ahhar tas-sena, nahsbu li kollox sewwa u li l-problemi ghaddew. Il-problemi, l-aktar dawk ekonomici, mhux talli ma solvewhomx, talli qed ikomplu jikkargaw u jigravaw. Jien ktibt qabel il-Budget, li aktar ma budget speech idoqqulu trombi u jonfhuh aktar ikun budget li jintesa malajr. U hekk gara. Ghax il-Budget li ghadda diga indifen taht l-istatistika ekonomika li hierga. Statistika li qed turi li kontra t-tbassir tal-Ministru, id-dhul tal-gvern qed ikompli jnaqqas allavolja id-dipartiment tat-taxxa qed igennen lil kulhadd u qed jigri wara flus li mhux vera huma taghhom. Tant qed joholqu genn li hafna negozji u proprjetarji issa qed jaqtghu qalbhom li xi darba ser ikollhom cans jergghu jibdew ifendu bil-ghaqal u rega f’pajjizna qed jikber n-negozju tal-ghazzard u tal-ispekulazzjoni. Ghax illum hafna qed jirragunaw li hi iebsa wisq il-hajja li tmexxi intrapriza, thaddem in-nies u titfarrak bix-xoghol biex imbaghad igennuk bit-taxxi u bit-talbiet meta jahsbu jew joholmu huma li hemm il-qliegh. Hafna ghalhekk qed ibieghu jew jaghlqu u jaqilbu ghal negozju ta’ qliegh aktar ta’ malajr u b’anqas tbghatija. Ghalhekk qed imorru ghal negozju ta’ l-ispekular. Bhal meta tispekola fil-proprjeta’ u fix-xiri u l-bejgh li ma tantx jidher ghax hu biss ta’ fuq il-karta. Dawn l-affarijiet isiru meta l-investitur ihoss li s-sitwazzjoni ghal investiment fit-tul, dirett u produttiv, mhux tajba. Ghalhekk jaghzel il-facli. L-ispekulazzjoni li ftit li xejn taghti sahha lill-pajjiz izda taghti hafna lil ftit.

Ir-realta’ tal-lum
Din hi realta’ li l-gvern jaqbillu jistenbah ghaliha ghax hi marda li ser tkompli tgherri dak li hu diga fjakk: l-entuzjazmu ta’ l-imprenditur Malti li jinvesti, jhaddem u jkabbar. Mhux l-ghazla bejn Shubija jew Partnership fl-Ewropa li qed jeqirdu l-ekonomija, izda l-attitudni ta’ min hu responsabbli li tefa lill-pajjiz f’dahna ta’ kliem fieragh meta l-bazi ekonomika ta’ pajjizna hi marida. Meta l-gvern qed jaghsar u jaghsar biex ifejjaq il-ferita kbira ta’ dejn nazzjonali u ta’ dejn bejn Maltin u Maltin, negozji u negozji, u fuq kollox it-tragedja ta’ budget deficit li dejjem jikber. Il-qerda gejja ghalihiex minflok jghin lil min irid jipproduci, jahdem u johloq ix-xoghol, il-gvern aktar lest biex jonfoh lil min twebbel bil-progetti ta’ l-ispekulzzjoni. Iva, aktar lesti biex jonfhu l-ispekulazzjoni. Araw il-gurnali u taraw kif l-ispazju mohli bl-opportunitajiet ghall-ispekulazzjonijiet u kif qisu lill-ispekolaturi qed jittimbrawhom bhala eroj. Fittxu ha taraw jirnexxielkhomx issibu storja wahda ta’ xi investitur li jrid verament johloq jew ikattar negozju u johloq ix-xoghol fit-tul u jzid il-produzzjoni nazzjonali. Min qed jissogra, jivvinta u jinvesti fil-bzulija mhux veru li qieghed jigi mghejjun.

Tkellmu ma min tridu mis-setturi ta’ l-industrija, tat-turizmu, tal-biedja u tas-setturi produttivi u araw issibux ottimizmu. Allura mhux bil-fors li r-revenue tal-gvern jonqos. Jekk jizdied ikun ifisser anzi li l-gvern ghadu mhux qed jifhem u jkun qed jibqa jigdem fil-laham il-haj lil min irid jahdem. Jekk, kif qed jigri izda, l-VAT u l-Income Tax jaghtu anqas, ikun ifisser li l-profitti qed jisparixxu u l-flus fil-but qed jonqsu u l-bejgh qed jonqos. Ghax kif tista zzid id-dhul mill-income tax meta l-ekonomija mhux tikber u l-profitti sparixxew? Kif trid izzid mill-VAT meta n-nies qed tonfoq anqas? U kif ser tnaqqas id-dejn meta tibqa tonfoq aktar milli ddahhal u l-isbilanc trid taghmel tajjeb ghalih bid-dejn? U kif ser tohloq opportunitajiet ghal aktar qliegh fil-futur jekk biex ittaffi d-dejn li qed taghmel illum, tbiegh l-assi li jridu jtuk il-profitt ghada biex taghmel tajjeb ghat-telf tal-lum? U kif ser issostni l-problemi ta’ l-industrija u tan-nuqqas tax-xoghol: bil-holm?

Joholmu
Ghax hi holma, holma kbira nobis, dik li xi hadd qed jghid li l-Unjoni Ewropea ser tifthilna l-opportunitajiet ghal investiment u x-xoghol. Meta? Ghada? Is-sena d-diehla? Lil min? Lit-tarzna? Lill-bdiewa? Lil manifattura? Lill-kummercjanti? Lil-lukandi? Lil min? Fejnhom il-fatti? Fejnhom il-figuri? Jekk il-gvern jibqa jimla ras in-nies bil-holm nibqghu nezlin. Ninzlu dejjem iktar l-isfel, fin-nizla tar-rovina. Ghax mhux vera li l-ekonomija qed tissahhah. Mhux vera li nvestituri u mprendituri Maltin ghandhom opportunitajiet ahjar li ser isibuhom ghada. Mhux vera li l-finanzi tal-gvern qed jitrangaw. Mhux vera li qed jinstabu opportunitajiet godda ta’ xoghol produttiv. Mhux vera qed jizdiedu l-proffitti, li huma l-akbar garanzija ghal aktar investiment fil-futur.

Allura jfisser li qedghin f’xifer precipizju? Allura jfisser li bl-Unjoni Ewropea nindifnu? Le mhux vera. Li hu vera hu li la Shubija fl-Unjoni Ewropea u lanqas xi forma ta’ Partnership ma’ l-Unjoni Ewropea m’huma wahidhom ser isolvulna l-problemi ta’ pajjizna. Hi holma, u holma kbira, li nitwebblu li r-relazzjoni taghna ma’ l-Ewropa hi l-qofol tas-soluzzjoni.

Il-qofol hu ahna. Ahna l-Maltin irridu nieqfu noholmu u rridu nibdew nerfghu salibna bis-serjeta’. Is-Shubija jew il-Partnership joffru ghodod differenti li jghinuna aktar jew anqas biex insolvu l-problemi taghna. Tajjeb hafna li naghmlu l-ghazla t-tajba u li din l-ghazla naghmluha malajr. Jalla ma nkomplux nithawwdu aktar u ma nikkumplikawx hajjitna aktar.

Imma l-ghada tar-Referendum, l-ghada ta’ l-Elezzjoni, il-problemi ser jibqghu hemm u ser ikunu akbar.

Ma rridx inkun f’qoxort il-Prim Ministru dak inhar.


 
 
< Prev   Next >
 
We have 60 guests online
 
 
GREENMT LATEST NEWS

Green MT Packaging Prices


 
 

Innovation in Island Tourism
Conference

11th February 2010

 Presentations :

Vincent Farrugia
Rosanne Galea
Leslie Vella

 
 
Current Time
 
 
Advertisement