|
L-Gholi tal-Hajja, is-Surcharge, l-Euro u Strategiji Zbaljati |
|
|
|
|
Friday, 01 September 2006 |
|
Il-GRTU f’isem in-negozji zghar u medji Maltin issa ilha ix-xhur tghid lil Gvern li Malta mhux ser twassal biex tidhol fil-Euro kif mixtieq u fi zmien indikat u dan ghaliex l-Gvern qed jonqos bil-kbir fl-istrategiji tieghu li jzomm l-inflazzjoni taht kontroll.
Il-GRTU f’isem in-negozji zghar u medji Maltin issa ilha ix-xhur tghid lil Gvern li Malta mhux ser twassal biex tidhol fil-Euro kif mixtieq u fi zmien indikat u dan ghaliex l-Gvern qed jonqos bil-kbir fl-istrategiji tieghu li jzomm l-inflazzjoni taht kontroll.
Id-daqqa l-kbira inghatat bl-introduzzjoni tas-surcharge fuq il-kontijiet tal-Elettriku u l-Ilma bil-konsegwenza li illum ghandna l-intraprizi u negozji zghar u medji Maltin mhux biss mifluga bil-konitijiet kbar li qed jircievu izda wkoll qed jigu mgeghla b’mod l-aktar ingust jissusidjaw huma lil industrija l-kbira ta Malta.
Il-GRTU ipprotestat f’Malta u mal-Kummisjoni Ewropeja dwar dan, izda il-Gvern baqa’ ma tghax widen u naqas milli jwettaq dak li kellu jghamel mal-ewwel: iwettaq pjan, kif issugerietlu l-GRTU, biex in-negozji u intraprizi zghar Maltin jinghataw egevolazzjoijiet fiskali u jitnaqqsulhom spejjez ohra imposti mill-Gvern, biex jkunu jistghu jpacu l-imputt tas-Surcharge bla ma jzidu il-prezzijiet u tkompli toghla l-inflazzjoni. In-nuqqas ta’ azzjoni f’waqta fil-Gvern gabet ukoll sitwazzjoni fejn il-purchasing power tal-konsumaturi naqas sew u dan kompla holoq problemi akbar ghall-hafna u hafna negozji Maltin.
Il-Gvern mhux tghalli ma wettaqx pjan ta’ azzjoni biex jimmitiga l-impatt tas-Surcharge kif issugerietlu l-GRTU biex issa kull min jista’ bilfors qed ikollu jgholli l-prezzijiet, izda wkoll kompla holoq sistema marbuta mac-Changeover ghall-Euro li hi hazina u li qed tkun issa hi stess li tkompli tgholli il-hajja b’zieda ma dik ikkawzata minhabba s-Surcharge. Il-Gvern kemm dwar is-Surcharge kif wkoll dwar ic-changeover ghall-Euro miexi jaqdef wahdu, ma jimpurtah min hadd u bla kont tal konsegwenzi hziena tal-istrategiji zbaljati li qed iwettaq. Ir-rizultat ta’ dan kollu hu zieda kontinwa fir-rata ta l-inflazzjoni.
L-ghar hu li il-Gvern flok li jaghti kaz dak li tghidlu il-GRTU f’isem is-sidien tan-negozji Maltin, issa qed idur fuq l-istess sidien tan-negozji u jkompli jghabbi fuqhom iktar xkiel, pizijiet u akkuzi bla sens, qiesu li huma s-sidien tan-negozji li jahtu ghall-dak li tort tieghu hu l-istess Gvern.
L-inflazzjoni toghla u kuljum nitbghedu mit-target nazzjonali li nidhlu fil-Euro f’Jannar 2008. Tlifna ix-xhur biex niehdu il-mizuri li jtaffu d-daqqa tas-surcharge u taz-zieda fil-prezz tad- diesel u z-zidiet l-ohra ikkawzati minn dawn iz-zidiet. Issa il-Gvern irid bil-fors jiccaqlaq. Mhux inwahhlu f’dan u fl-iehor, il-Gvern kollu jrid jiccaqqlaq. Mhux bil-pubbilkazzjoni ta hafna kitbiet u promessi, izda b’azzjoni f’waqtha.
|
|
Last Updated ( Saturday, 07 April 2007 )
|