|
Titwaqqaf sezzjoni tal-Water Bowsers fi hdan il-GRTU |
|
|
|
|
Monday, 08 March 2010 |
|
Il-GRTU tlaqqa lis-sidien tal-water bowsers wara li l-Ministeru ghar-Rizorsi u Affarijiet Rurali flimkien mall-Malta Resources Authority (MRA) talbu sabiex is-sidien tal-bowsers sa l-ahhar ta' Novembru 2009 jirregistraw il-vetturi taghhom sabiex jigi regolat il-bejgh tal-ilma bil-bowsers. Din il-licenzja ser tinhareg mill-MRA. Fost id-dettalji li gew mitluba hemm; id-dettalji tal-bowsers kollha li bihom iwettqu din l-attivita' kummercjali, is-sorsi u dettalji li minnhom jittella l-ilma. L-operaturi jridu jkunu konformi mal-ligijiet kollha, fosthom mar-regolamenti tal-Awtorita' Maltija ghat-Trasport Pubbliku (ADT) ghal dak li jirrigwarda l-licenzjar tal-vetturi fit-triq u li qeghdin jintuzaw ghal dan l-iskop.
Kundizzjonijiet ohra li dawn l-operaturi ser ikunu suggetti ghalihom huma; li l-vetturi li jintuzaw ghal din l-attivita' ser jkunu armati b'loading u tracking devise elettroniku li juri l-moviment tal-vettura waqt il-garr tal-ilma, li s-sorsi tal-ilma uzati mill-operaturi se jkunu immiterjati, u li l-licenzja mahruga mill-Awtorita' tinkludi certi kundizzjonijiet biex l-operaturi jigu xprunati li jaghtu servizz ahjar lill-konsumaturi taghhom.
Il-hlasijiet dovuti ghall-licenzji ta' kull bowser fis-sena ser jlahhqu €625, €200 ghall-licenzja annwali u €425 ghall-apparat tat-tracking divise. Minbarra hekk l-operaturi jridu jhallsu s-somma ta' €800 meta l-bowser jigi rregistrat ghall-ewwel darba.
L-operaturi qablu u pproponew kif gej;
-
Jaccettaw li jitwahhlu l-meters fuq il-boreholes, b'kundizzjoni li jitwahhlu ma ta' kulhadd
-
Ma jaccettawx li jkollhom d-data track u loading meters imwahhla fuq it-trakkijiet
-
Jekk il-hlas fuq l-meter tal-borehole ghal min ghandu l-bowser ser ikun oghola, min juza s-servizz tal-bowser ser ikun zvantagjat.
-
Jinghata il-prezz globali qabel jkomplu jipprocedu bl-applikazzjoni
-
Persuni li jkunu registrati biss jistghu jsuqu t-trakk. F'kaz ta' accident, l-applikazzjoni tax-xufier li jkun ser jissostitwixxi trid tkun semplici u minghajr burokrazija zejda.
-
Jissugerixxu li l-persuni li jkunu registrati maghna biss jkunu elligibli ghal applikazzjoni ta' licenzja ghal garr ta' l-ilma.
-
Ghal class 2 water dawn qed isaqsu il-ghaliex trid timla mill-borehole biss? Ghaliex mhux l-ilma min gol-widien fejn ikun nadif u sejjer fil-bahar jew minn gol-gwiebi.
-
Min ghandu tank li jitpogga gewwa vettura li ma tkunx registrata mall-ADT bhala bowser, ghalfejn ma jistax jopera? Dan isir minhabba domanda zghira ta xoghol u ma jkunx vijabbli li jhalli vettura ghal dan l-iskop biss.
-
L-istess japplika ghal min ghandu vettura li tikonsisti fi trakk (ziemel) u karru (trailer). It-trakk ghandu jkollu kull dritt li jintuza ghal irmonk ta kull tip ta karrijiet, mhux tip wiehed.
-
Meta trakk jigi biex jinbidel (jigi skrapjat), il-permess tieghu jista jigi trasferit ghal fuq il-vettura li ser tissostwixxieh?
-
Jissugerixxu li jkun hemm licenzja massima ghal min ghandu hafna trakkijiet jew trailers.
Il-GRTU ghan-nom tas-sidien qed tinegozzja l-ahjar arrangament li jissodisfa l-partijiet kollha ikkoncernati.
Carmen Borg
This e-mail address is being protected from spam bots, you need JavaScript enabled to view it
|
|
Last Updated ( Tuesday, 09 March 2010 )
|