logo

Members Login

If you are a member you can login and access our members only area. If you don't have a login, please call 2123 2881 and you will be provided with one.
YOU CAN THEN ACCESS THE MEMBERS AREA FROM THE BLUE MENU

Not a member ? Click here

VRTStqarrija għall-istampa maħruġa minn Transport Malta din il-ġimgħa ħabbret ammont ta’ tibdiliet fil-mod ta’ kif isir it-test tal-VRT. Dawn huma tibdiliet importanti sabiex il-ħarsien tas-sigurta’ fit-toroq jiġi mħares. Huma tibdiliet li l-istazzjonijiet tal-VRT ħejjew ruħhom għalihom u ġew milqugħa. Kif pero l-Gvern iddeċieda li jinkludi fl-istess stqarrija referenza li l-prezzijiet għat-test tal-VRT ser jibqa’ l-istess hi xi ħaga inkonċepibbli.

Il-Gvern jaf biċ-ċar li l-GRTU ilha għal dawn l-aħħar snin tistaqsi għal żidiet fil-prezz tat-test li jagħmlu dawn l-istations. Tant hu hekk li l-GRTU ipprezentat lil-Gvern studju indipendenti minn konsulenti ewlenin li jispjega għaliex hemm bżonn ta’ dawn iż-żidiet u kif dawn għandhom jingħataw. Tajjeb li wieħed ikun jaf li l-istazzjonijiet tal-VRT ilhom bl-istess qliegħ għal għoxrin sena sħaħ u l-prezz tal-VRT hu l-inqas fl-Ewropa.

 

Il-GRTU tistaqsi liema mestjier, impjieg jew spiża inżammet u baqgħat fl-istess livell għal għoxrin sena sħaħ? L-Operaturi kellhom jaraw kif imantnu n-negozji tagħhom bl-ispejjeż dejjem tilgħajn filwaqt li jagħtu ż-żidiet lill-impjegati biex jipprovaw iżommuhom jaħdmu magħhom.

Hija ta’ sfortuna li l-istrateġija tal-Gvern għas-sigurta’ fit-toroq tinkludi l-isfruttar ta’ dan is-settur. Din hija strateġija li taħdem kontra u żgur mhux favur is-sigurta’. Fl-Istqarrijja l-Gvern qed jgħid biċ-ċar li għal darba oħra qed jistenna standards għola minn dawn l-istazzjonijiet u ma japprezzax li wasal ż-żmien li l-prezzijiet jiġu ttranġati mqar biex miżerjament ikopru l-għoli tal-ħajja. Dan hu prekarjat iddettat mill-Gvern.

F’Ittra lill-Ministru Borg, il-GRTU spjegat li m’għadx hemm żmien għal diskussjonijiet fuq dan is-suġġett u talbet laqgħa immedjata sabiex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata minnufih.

 

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent