logo

agreementfinalIllum waqt il-laqgħa li l-GRTU ħejjiet għall-membri tagħha, l-uffiċċjali tal-GRTU u l-membri tal-Kumitat tal-Pompi tal-Petrol spjegaw l-andament tal-laqgħa mall-Ministru Mizzi u r-riżultati li wasslu f’arranġament, pendenti I-konferma mill-membri.

Il-GRTU għamlet enfasi li issa l-importanza qiegħda li ż-żmien qasir li fadal jintuża b’mod għaqli. Se naħdmu flimkien sabiex ma jintilifx żmien ħalli kemm huma b’mod individwali, kif ukoll Malta bħala pajjiż ma jkollomx inkwiet għaliex d-Direttiva ma tiġix osservata fiż-żminijiet stipulati.

Is-Sidien tal-Pompi urew l-apprezzament tagħhom għax-xogħol li għamlet il-GRTU u għal kull min kien strumemtali biex intlaħaq l-arranġament. 

0
0
0
s2sdefault

Il-GRTU tikkomunika li l-istazzjonijiet tal-Pompi tal-Petrol iddeċidew li l-azzjonijiet ser ikunu qegħdin jiġu temporanjament sospiżi, pendenti l-laqgħa li ser ssir għada bejn Uffiċċjali tal-GRTU u l-Ministru Joe Mizzi.

Il-GRTU tirrimarka li l-Pompi tal-Petrol jixtiequ ikunu ta’ l-inqas inkonvenjent għall-konsumatur u fl-istess ħin juru rieda tajba biex jaslu fid-diskussjonijiet li ser isiru għada.

L-Azzjonjiet qed jiġu sospiżi għalissa u mhux eskluż li jekk id-diskussjonijiet ma jwasslux fi ftehim, l-pompi tal-petrol jiddeċiedu li l-azzjonijiet ikomplu.

0
0
0
s2sdefault

fuel220119finalWara li d-diskussjonijiet mal-Gvern ma waslux għal-qbil, il-GRTU laqqgħet il-membri sidien ta’ pompi tal-petrol li ħadu żewġ deċiżjonijiet:

  1. Min għada, t-Tlieta 22 ta’ Jannar 2019, il-Pompi tal-Petrol se jkunu qeghdin jagħtu servizz fil-ħinijiet li tkun miftuha l-pompa biss. Wara s-6.00pm mhux se jkun possibli li wieħed jieħu fuel.
  1. Il-Ħlas tal-licenzji tal-Pompi tal-Petrol lir-REWS ser ikunu qed jinżamm.

Dawn l-azzjonijiet se jibqgħu fis-seħħ sakemm jinstab ftehim u mhux eskluż li jiżdiedu fil-jiem li ġejjien.

Il-GRTU għal darba oħra tirrimarka li ppreżentat soluzzjonijiet li bihom ma jiġix affetwat il-konsumatur.

0
0
0
s2sdefault

Bosta pompi tal-Petrol li issieħbu fil-franchising tal-Enemed irrappurtaw li ġew ikkuntatjati minn uffiċċjali tal-Enemed biex jaraw dawn hux se jkunu qed jieħdu azzjonijiet mil-lejla u jekk u hekk se jkun hemm riperkussjonijiet fuqhom.

Il-GRTU tikkundanna dan l-għaġir minn kumpanija li suppost hi ndipendenti u li qiegħda tintuża ghal skopijiet ulterjuri.

Il-GRTU tikkonferma li l-kuntratt tal-Enemed ma jistax iwaqqaf l-ebda pompa tal-Petrol milli tissalvagwardja l-interessi tagħha u twettaq d-deċizjonijiet li għandha bżonn għan-negozju tagħha.

Il-GRTU se tkun qiegħda tieħu il-passi kollha neċessarji biex tipproteġi l-membri tagħha.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent