logo


 

Rata ta’ Tkattir
L-ekonomisti Ewropej illum qed iharsu lejn il-futur immedjat ta’ l-ekonomija Ewropeja b’anqas entuzjazmu milli kellhom sa ftit tax-xhur ilu. Fil-fatt mhux qed jeskludu li l-ekonomija Ewropeja taqa’ f’ricessjoni u tghaddi minn perjodu fejn il-prezzijiet u l-produzzjoni jkomplu jissabbtu. L-ahjar pronostiku hu dak ta’ tkattir ta’ l-ekonomiji Ewropej b’rata ta’ 1% jew inqas sa l-ahhar tas-sena 2002 u b’tama li fis-sena 2003 l-ekonomija jikbru b’rata massima 2.4%, fejn ukoll dawn ir-rati qed jitqiesu bhala ottimisti.

 
 


Importanti ghal Malta li fil-Budget ghas-sena 2003, it-targets u l-projections li fuqhom qed jahdem u jaspira il-Ministru tal-Finanzi m’humiex marbuta ma’ prospetti li hargu f’April li ghadda izda fuq dawk aktar realistici li hargu issa. Il-gimgha l-ohra attendejt l-Assembleja Generali ta’ l-Organizzazzjonijiet Nazzjonali li jirraprezentaw lis-self employed u n-negozji z-zghar fil-pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea u f’dawk, li skond Brussell, huma lesti ghas-shubija.

F’din il-laqgha inghatat analisi dettaljata ta’ l-inkwiet li qed jiffaccjaw l-ekonomiji Ewropej llum. Jien ippartecipajt fil-Workshop dwar l-izviluppi fl-ekonomiji Ewropej u kif dawn qed jolqtu lin-negozji z-zghar (il-UEAPME). L-organizzazzjonijiet prezenti, fosthom il-GRTU ta’ Malta qablu fuq numru ta’ mizuri li jridu li l-Kummissjoni Ewropea tiehu biex titranga l-ekonomija Ewropea u, fuq kollox, biex jiehdu ir-ruh in-negozji z-zghar, dawk li issa qed jissejjhu “s-sinsla ta’ l-ekonomija Ewropeja”. Tajjeb li l-Ministru John Dalli qabel jaghmel l-ahhar irtokki ghal Budget 2003 li jinnota x’qed jghidu l-ekonomisti Ewropej u r-raprezentanti tan-negozji z-zghar. Dan hu li hareg minn din id-diskussjoni fi Brussell.

Stagnar
L-ekonomiji Ewropej qed ibghatu minn dawn il-problemi:
ï‚· Domanda baxxa kawzata minn waqa fin-nefqa fuq konsum privat, fuq l-investiment u fl-infieq pubbliku
ï‚· Waqa qawwija fil-prezzijiet ta’ l-ishma b’rizultat li tnaqqar il-purchasing power ta’ hafna nies u hafna negozji u gie ikkawzat telf finanzjarju ghal hafna intraprizi li raw l-assi taghhom jitmermru u jwaqqghulhom lura l-prezzijiet taghhom
ï‚· Rati ta’ l-imghax gholjin meta mqabblin mar-rata tat-tkattir fil-produzzjoni
ï‚· L-ekonomiji tal-pajjizi l-kbar Ewropej m’humiex f’pozizzjoni li jhaddmu inizjattivi ta’ ghajnuna lill-intraprizi minhabba id-deficits strutturali kbar li ghandhom. Meta l-kbar jaqghu lura jigbdu maghhom l-ekonomiji z-zghar.
ï‚· Iz-zieda sostanzjali fin-numru ta’ nies bla xoghol fl-Ewropa qed ikompli jnaqqas id-dhul ta’ flus ghas-settur pubbliku filwaqt li jizdied l-infieq pubbliku u jkompli jgharraq il-problemi ta’ budget deficits f’hafna pajjizi

Nuqqas ta’ fiducja
Illum fl-ekonomiji Ewropej hemm element ta’ incertezza u nuqqas ta’ fiducja kawzat minn:
ï‚· Incertezza dwar kif ser imorru l-affarijiet fis-swieq ta’ l-ishma
ï‚· Incertezzi kbar minhabba l-kwistjoni ta’ l-Iraq, u marbuta ma’ din l-incertezza huma dik dwar il-prezzijiet taz-zejt u l-konsegwenzi ta’ dan fuq in-negozji
ï‚· Problemi ta’ infieq pubbliku biex jithaddmu l-programmi li gew mifthema f’Lisbona f’Gunju 2000 li suppost li kienu mmirati biex l-Ewropa taghlaq il-gap ekonomiku bejnha u bejn l-Amerika
ï‚· L-incertezzi dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Stabbilta’ u Tkattir (dak li Romano Prodi sejjah stupidu). Dan il-Pjan jimponi fost affarijiet ohra, ir-rata ta’ inflazzjoni accettabbli u l-qies tad-deficit pubbliku bhala proporzjon tal-GDP.

Problemi Strutturali
L-ekonomiji Ewropej (jikkonsla John Dalli b’din) ghandhom problemi mill-kbar kawza tal-costs gholjin wisq (prezzijiet ta’ servizzi, compliance costs u spejjez amministrattivi) li qed joholqu problemi kbar biex l-intraprizi, kemm pubblici kif ukoll privati, jsostnu l-profitti taghhom, izidu l-investiment u joholqu x-xoghol. Ir-rizultat hu li l-problema tad-deficits nazzjonali ma jistghux jitrangaw b’ekonomija li mhix tespandi u tikber. Il-problemi ewlenin li jezistu fil-pajjiz ta’ l-Unjoni Ewropea huma:
ï‚· Deficits strutturali fil-Budgets tal-pajjizi l-kbar membri ta’ l-Unjoni Ewropeja u maghhom ukoll ta’ dawk maghzulin biex jidhlu
ï‚· Stagnar fis-suq tax-xoghol fejn tezisti rezistenza ghar-riformi li jridu jsiru u fejn tezisti rezistenza ghad-dhul ta’ haddiema minn imsiehba godda fl-Unjoni Ewropeja
ï‚· In-nuqqas ta’ progress fil-liberalizzazzjoni tas-servizzi pubblici (trasport, posta, energija)
ï‚· Diffikultajiet fl-implimentazzjoni ta’ dak li gie mifthiem biex jithaddem is-Suq Wiehed Intern Ewropew, l-aktar fejn ghandu x’jaqsam ma’ tenders pubblici, is-suq finanzjarju u s-sistemi tat-tassazzjoni.

Thaddim ta’ Politika Ekonomika
Mit-tfassil ta’ policies ghat-twettieq taghhom hemm differenza kbira. Dawk li jistudjaw xi jsir fl-Unjoni Ewropeja aktar jaraw x’jinkiteb u milli x’jitwettaq. Hawn jezistu diffikultajiet kbar, fosthom:
ï‚· Nuqqas ta’ poter min-naha ta’ l-istituzzjonijiet Ewropej biex jitwettqu l-programmi ta' riformi strutturali li jridu jsiru u li dwarhom ftehmu l-kapijiet tal-gvernijiet Ewropej f’Lisbona
ï‚· Il-kontinwazzjoni ta’ impozizzjoni ta’ regolamenti inefficjenti u burokratici mfassla fuq livell Ewropej f’oqsma bhal l-ambjent, protezzjoni tal-konsumatur, drittijiet tal-haddiema, fost ohrajn, minghajr ma tinghata kaz tal-piz amministrattiv u d-disincentiva li qed tinholoq fost l-intraprizi
ï‚· L-oppozizzjoni qawwija min-naha tat-trade unions Ewropej ghar-riformi strutturali li jridu jsiru, specjalment fis-settur fejn hemm impjiegi li jahdmu fuq mekkanizmi awtomatici bhal ma hemm fis-settur pubbliku
ï‚· Il-problema li diversi pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropeja huma aktar interessati li jiddefendu l-interessi partikolari taghhom milli jaraw li l-ekonomija Ewropeja tikber ghal gid ta’ kulhadd.

l-Impatt fuq l-Intraprizi z-Zghar
Dan kollu jinkwieta bil-kbir lill-mexxejja tas-sidien tan-negozji z-zghar. Dawn l-intraprizi qed jiffaccjaw dawn il-problemi:
ï‚· Diffikultajiet biex isibu haddiema kwalifikati minhabba d-deficit fl-edukazzjoni vokazzjonali
ï‚· Problemi marbuta mad-diffikultajiet biex isibu l-finanzjament mehtieg fejn il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji aktar huma interessati fin-negozji l-kbar milli fiz-zghar
ï‚· Il-cost esagerat ta’ l-implimentazzjoni tal-compliance costs u l-impozizzjonijiet amministrattivi li proporzjonalment l-aktar lill-intraprizi z-zghar
ï‚· L-izvanatagg relattiv tal-pizijiet tat-taxxi fuq in-negozji z-zghar li ma jaghmlux distinzjoni bejn intraprizi zghar u intraprizi kbar
ï‚· L-izvantaggi li jbghatu minnhom b’mod partikolari l-intraprizi li l-aktar li jhaddmu nies minhabba l-pizijiet kbar ta’ nfieq kbir iehor li mhux ta’ pagi u gejn minn impozizzjonijiet u obbligi imposti
ï‚· L-infieq dejjem jizdied ta’ konsulenti, accountants, avukati etc. li qed dejjem ikun mehtieg minhabba l-komplikazzjonijiet ikkawzati minn regolamenti burokratici.
ï‚· L-ammont esagerat ta’ inspectors li jsiru wara n-negozji z-zghar, min ghal haga u min ghal ohra

Soluzzjonijiet
Is-sidien ta’ negozji z-zghar fl-Ewropa jridu jaraw titwettaq riforma shiha fil-Programm ta’ Stabbilta u Tkattir biex filwaqt li jkomplu jintlahqu l-ghanijiet li l-membri ta’ l-Unjoni jfejjqu l-Budgets strutturali taghhom li huma l-htija ta’ instabbilta’ monetarja, nuqqas ta’ kompetittivita’, hela u inefficjenza ma tinholoqx sitwazzjoni fejn l-ekonomiji l-kbar bhall-Germanja, jkollhom mill-ewwel jingibdu lura hekk kif jibdew jaqdfu l-quddiem ghax il-kriterji skond dan il-Patt huma dojoq wisq. Meta l-ekonomiji l-kbar ikunu mrazzna burokratikament dawn iwaqqghu lura l-ekonomiji l-ohra. Bhalissa hekk qed isir ghaliex l-ekonomija Germaniza u dik Franciza qed jingibdu lura hekk kif jidhru li ser jibdew jirrankaw.

Importanti f’dan il-kuntest li l-process ta’ tkabbir fl-Unjoni jitkompla u ma jkunx hemm aktar tkarkir dwaru. Dan ghalhiex it-twessiegh tas-suq Ewropew johloq dawk l-opportunitajiet u dawk l-isbokki biex jinfirex l-investiment, jitwessa s-suq tax-xoghol, jinfirxu l-finanzi u li b’hekk jinholqu opportunitajiet godda ghal zvilupp u tkattir ekonomiku.

Bidliet Strutturali
Biex dan isir izda jridu jitwettqu l-bidliet strutturali fosthom:
ï‚· Aktar liberalizzazzjoni tas-suq tax-xoghol
ï‚· Tnaqqis bil-kbir tal-pizijiet burokratici li hemm fuq l-intraprizi
ï‚· Tnehhija tar-restrizzjonijiet li jcahhdu it-thaddim tas-suq hieles wiehed Ewropew (l-Internal Market)
ï‚· Aktar riformi biex ikunu liberalizzati s-swieq ghas-servizzi pubblici (trasport, energija, posta)

Jissahhu z-Zghar
Fl-ewropa baqa hafna xi jsir biex ikun hemm politika effettiva li tagevola lill-intraprizi z-zghar. Ghalhekk is-sidien tan-negozji z-zghar qed jitolbu:
ï‚· Incentivi fiskali biex itaffu l-infieq zejjed minhabba pizijiet burokratici
ï‚· Helsien minn certi hlasijiet burokratici li m’ghandhomx ikunu xorta ghal intrapriziz kbar u ohrajn zghar
ï‚· Aktar ghajnuna fit-tahrig u introduzzjoni ta’ skemi li jkattru l-employability u jwessghu is-suq tax-xoghol
ï‚· Aktar u aktar sforzi biex dak li ntrabtu mieghu l-gvernijiet Ewropej fic-Charter tan-Negozji z-Zghar ikun imwettaq
ï‚· Aktar incentivi biex iz-zghir izomm dak li jaqilghu ghaliex ghalihom hu s-sors finanzjarju ewlieni ghal investiment u t-tkabbir.

Halluna Nahdmu
Il-messagg taz-zghir bhal f’Malta hu wiehed: Halluna Nahdmu. L-energija tas-self employed u tal-proprjetarji tan-negozji z-zghar, l-aktar ta’ dawk fosthom li ghandhom zghazagh hi kbira. Izda l-pizijiet huma kbar hafna. Tajjeb li John Dalli dan jiftakru. Tajjeb li jiftakar ukoll li hekk kif nersqu lejn l-Ewropa naraw li niehdu t-tajjeb u mhux nassorbu l-ghawg u l-morr.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent