logo

Lejn iz-Zghir
Issa ilna mill-Budget l-iehor nisimghu li l-gvern jrid jghin lin-negozji z-zghar. Li hadu zgur kien it-Tax Compliance Unit, aktar kontijiet ta’ taxxi, aktar penalitajiet bla sens taht il-ligi esageratament iebsa tal-VAT u kontinwazzjoni tal-kampanja fuq certi programmi fuq ir-radjijiet li jpingu lil min hu bin-negozju f’dawl ikrah.

Issa gej Budget iehor. U waslet wkoll is-sena decissiva tar-Referendum u tal-Ellezzjoni. Naraw. Il-GRTU ghal darb’ohra qed tipprezenta’ pakkett ta’ proposti lil Ministru tal-Finanzi, l-Onorevoli John Dalli bit-tama li din s-sena bis-serjeta jibda jonora il-commitment li ghamel il-gvern Malti meta endorsja ic-Charter tan-Negozji z-Zghar.

S-issa kellna hafna paroli. Il-Budget tas-sena l-ohra suppost li kien il-Budget ghan-negozji z-zghar. Fil-fatt ma kien xejn min dan. Il-proposti tal-GRTU biex jagevolaw lin-negozji z-zghar u li hadu lil GRTU xhur shah ta’ konsultazzjonijiet baqghu fuq l-ixkaffa. Naraw din is-sena x’direzzjoniser jiehu l-Budget.

Proposti
Il-qafas ewlieni tal-proposti tal-GRTU hu c-Charter tan-negozji z-zghar. Il-GRTU ghalhekk qed tipproponi li l-Ministru jdahhal incentivi biex verament isostni lil entrepreneur zghir Malti billi jkun mhgejjun biex ikollu kapitali u krediti li verament jghinuh biex jahdem u jkabbar.

Dawn huma xu uhud mill-proposti tal-GRTU u li s-sidien tan-negozji z-zghar jridu jkunu mplimentati b’effett mis-sena d-diehla:


Turizmu
 Il-Gvern jaghti ncentivi billi jitnaqqsu c-charges u hlasijiet ohra lit-Tour Operators li jgibu t-turisti ghal granet aktar mill-minimu stabillit.

 Jigi studjat bir-reqqa l-ammont globali ta` pizijiet fiskali u charges ohra li hu mghobbi bihom il-pakket turistiku Malti u jidhlu mizuri biex isir tnaqqis adekwat b’kumpens ghat-tnehhija tat-TOSS.

 Il-Gvern jitlob assigurazzjoni mill-MIA li ghall-perijodu ta` tlett snin ma jgholewx ic-charges ta` l-Ajruport Internazzjonali ta` Malta u min imexxi jikkoncentra fuq pjan li jnaqqas drastikament l-excess capacity li ghandu u johloq incentivi godda biex jattira aktar xoghol lejn Malta.

 Ir-rata ta` 5% VAT ghandha titnehha u tidhol minflokha rata fissa per bed. Din biex titnehha diskrimazzjoni li tezisti bejn tassazzjoni fuq servizzi nterni fl-istabbilimenti ta` akkomodazzjoni turistika u servizzi ohra kompetittivi li jinghataw minn service providers li ma jaghmlux parti minn stabbilimenti ta` akkomodazzjoni.

VAT
 Il-VAT kif inhi mhaddma llum hija ta’ disincentiva kbira lill-intraprizi li ghandhom economic value added gholi, li hu tant importanti biex il-GDP tal-pajjiz jibqa joghla b’rata li ssostni n-nefqa pubblika kif progettata mill-Gvern. Il-Gvern ghalhekk irid johloq incentiva lill-intraprizi fejn l-impatt tal-VAT imhallsa fuq il-profitti globali ta` l-intrapriza huma qawwijin.

 Hlas ta` refund fi zmien 30 jum: Il-proposta tal-GRTU tas-sena l-ohra ma gietx imwettqa tajjeb ghalhekk ghandha tkun mibdula u tkun tapplika ghan-negozji irrespittivament mit-turnover u min-numru ta’ mpjiegi. Kif ghamilha l-Gvern din is-sena saret ghalxejn ghax hadd ma gawda minnha. Ghalhekk li l-GRTU trid bidla.

 Jinghata ncentiv biex min ghandu labour content gholi u juza aktar il-lavur Malti biex johloq il-prodott jew servizz finali jkollu l-istess vantagg ta` refund bhal ma ghandu min ikollu jhallas il-VAT fuq id-dhul ewlieni kollu. Il-GRTU ssostni l-proposta taghha li ntraprizi fejn in-nefqa principali taghhom hija fuq pagi ta` haddiema (35%+) ghandu jinghata lilhom b’kumpens ekwivalenti ghal dak li jinghata net lill-intraprizi ohra li jgawdu minn 15% VAT refund fuq l-ispejjez ewlenin taghhom li huma materjali u mhux pagi.

 Titnehha d-diskrimanzjoni li ghandhom resellers bhal ma huma d-distributuri tal-Gas li qed jigu kostretti jhallsu VAT fuq il-qliegh taghhom meta huma jhallsu l-income tax bhala t-taxxa applikabbli u ghalhekk qed ikunu intaxxati doppji. Dawn is-setturi qed ikunu klassifikati bhala “distributuri” meta fil-fatt dawn huma “retailers”.

 Ghandha tiddahhal sistema ta` VAT Credit Rating biex x’hin tigi ghall-infurzar tal-hlasijiet u l-imposizzjoni ta` penali, s-sistema ma tibqax rigida kif inhi b’dannu ghall-intraprizi zghar li jkollhom zminijiet bi problemi ta` cashflow. Ghandha tithaddem Point-System biex min ikun dejjem regulari meta mbaghad ikollu problemi jinghata vantagg fuq min ikun f’sitwazzjoni negattiva fuq l-istess skeda ta` punti.

 Ghandha ssir riforma tar-regim ta` penali applikabbli fuq in-negozji z-zghar ghaliex dawn huma ghal kollox irrazzjonali u jikkonflingu bil-kbir mal-principji li jaccetta l-Gvern taht ic-Charter tan-Negozji z-Zghar.

 Ghandha tithaddem sistema ragjonata ta` set offs ta` VAT bejn kumpaniji u negozji li jaghmlu parti mill-istess grupp.

 Il-VAT fuq il-xiri ta` deheb bhala materja prima ghandha titnehha. Inkella ghandu jintlahaq xi arrangament iehor biex ma jkunx hemm flus kbar maqbudin, u tinholoq problema ta` cashflow. Dan meta hafna drabi l-manifattura fuq il-prodott hi anqas minn 15% tal-materja prima. Ghandha tkun kkunsidrata li tiddahhal is-sistema li tintuza fl-Italja fil-prezent, fejn ma tithallasx VAT fuq il-materja prima.

Red-Tape
 Il-Gvern ghandu jesigi li qabel ma jiddahhlu regoli godda, min hu responsabbli ghandu jipprezenta rappport tal-impatt ekonomiku kummercjali u amministrattiv.

Hallmark
 Ghandha titnehha s-sistema arkajka li tezisti llum fis-settur tal-produzzjoni u mportazzjoni ta’ deheb u gojjellerija u tidhol minflokha s-sistema preferuta mill-maggoranza assoluta tan-negozji fis-settur tad-deheb u gojjellerija fejn:

 Il-prodott impurtat irid ikollu il-metal and finesse (purtiy) mark

 Prodotti mahduma lokalment irid ikollhom il-markers mark kif ukoll il-finesse mark. Il-manifatturi approvati ikollhom id-dritt li jaghmlu il-hallmark huma stess. Il-konslu jibqa jaghmel il-marka meta l-produttur jaghzel hekk. Produttur lokali jkollu wkoll l-ghazla li jaghmel il-marka ghand hallmarkers approvati

 Id-Dwana m’ghandhiex taghmel aktar verifika fuq kull prodott izda ghandha tithaddem sistema ta` Market Surveillance

 Il-konslu ghandu jiehu l-funzjoni tar-regolatur ta` dan is-settur u titnaqqas u titnehhielu l-funzjoni li ghandu llum li m’ghadhiex iktar applikabbli ghal kundizzjonijiet ta` suq hieles


Fuel Taxes
 Li l-Enemalta ccaqlaq il-prezzijiet skond is-suq internazzjonali mhix gusta. L-awtoritajiet fiskali jigbru 59% fuq il-petrol u 43% fuq id-diesel u ghalhekk ghandu jkun hemm sistema fejn il-livell tat-taxxi jkunu fuq skala flessibli ‘l fuq u l-isfel skond ic-caqlieq fil-prezzijiet internazzjonali u dan biex terga tidhol stabbilita` fil-prezzijiet fuq perjodu ta` mill-anqas sitt xhur jekk mhux sena.

Nefqa Pubblika
 Il-Gvern ghandu jdahhal sistema ta` compliance unit fuq id-Dipartimenti u l-Entitajiet Pubblici kollha biex tizgura li l-Kapijiet tad-Dipartimenti u c-Chairmen tal-Korporazzjonijiet ikunu qed jipproponu mizuri li huma adekwati u li jahsbu sewwa fl-impatt finanzjarju u l-commitment li jkunu jehtiegu biex jitwettqu u wkoll biex ikun assigurat li l-kuntratti kollha jimxu skond l-obbligazzjonijiet miftehma u ppjanati. Kapijiet ta` Dipartimenti u Bordijiet ta` Korporazzjonijiet u Awtoritajiet ghandhom ikunu suggetti ghall-investigazzjoni ta` din il-Compliance Unit li jkollha l-poter ukoll li timponi nvestigazzjonijiet u mezzi dixxiplinarji.

Part-Timers
 Ghandha titfassal “an all inclusive Minimum Wage Rate” ghall-part-timers biex sid ta` negozju jkun jista` jhallas rata wahda li tkun tinkorpora l-extras l-ohra kollha taht il-ligi tax-xoghol bhal ma huma bonus, leave, etc. Is-sistema tal-lum hi komplikata wisq ghan-negozji z-zghar.

Penzjonijiet
 Il-gvern ghandu b’effett minn din is-sena jibda jnehhi d-diskriminazzjonijiet li qed ibaghtu minhom s-self employed taht l-Iskema Nazzjonali tal-Penzjonijiet. Eluf ta’ penzjonanti li kienu self employed kuntrarjament ghal penzjonanti li kienu haddiema bil-paga, qatt ma gawdew minn revizzjoni tal-penzjoni taghhom ghaliex il-Gvern qatt ma rabat il-penzjoni tal-irtirar taghhom mas- salarju ekwivalenti fic-Civil kif ilha titlob il-GRTU. Il-GRTU tistenna li mis-sena d-diehla din id-diskriminazzjoni tibda tittaffa.

 Id-dhul li fuqu tkun stabbilita l-penzjoni tas-self employed tinhadem b’mod differenti u diskriminatorju ghas-self employed b’paragun ma’ kontributuri socjali ohra. Il-GRTU titlob li mis-sena d-diehla, issa li s-self employed qed ihallsu kontribuzzjoni socjali ta’ 15% fuq id-dhul taghhom, li huma wkoll igawdu mis-sistema ta’ stima ta’ dhul ahhari ghal skop ta’ penzjoni fuq medja ta’ l-ahjar tlett snin mill-ahhar ghaxar snin u mhux kif inhi illum.

Banek Kummercjali
 Il-GRTU qed tipproponi li ghandha tinbidel il-ligi biex Bank Kummercjali dominanti jkun obbligat li proporzjon adekwat tal-facilitajiet ta’ kreditu disponibbli jitwarrbu ghall-uzu uniku ta’ finanzjament lill-intraprizi micro u zghar u li dawn il-facilitajiet jinghataw imghax agevolat.

Patt Nazzjonali
 Il-GRTU qed tinsisti li l-imsiehba socjali ghandhom jaqblu fuq miri bhal ma hija rata ta` inflazzjoni u r-rata ta` tkattir tal-prodott nazzjonali u jinholoq il-mekkanizmu biex il-partijiet socjali jwettqu dak li kienu ntrabtu mieghu billi jaraw li l-proposti kollha taghhom ikunu konformi mal-miri miftehma. Ma` dan il-patt jintrabat il-Gvern biex tinqata s-sitema li barra l-mizuri tal-Budget jithabbru wkoll matul is-sena hafna mizuri ohra mill-Gvern centrali u mill-Korporazzjonijiet u Awtoritajiet li effetivament icahhdu t-twettieq ta` dawn il-miri.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent