logo

Addio IPSE
Din li l-Ministru Josef Bonnici qabad u ddecieda li jaghqqad l-MDC, il-METCO u l-IPSE flimkien minghajr diskussjoni serju hi tassew stramba. Illum il-Gvern ghandu makkinarju partecipattiv bhal ma hu l-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Socjali u Ekonomiku (MCESD) u l-Imsiehba Socjali draw ukoll b’mekkanizmu bhal MEUSAC u forom ohra ta` konsultazzjoni fejn flimkien mal-Gvern jgharblu u jiddeciedu dwar issues ta` importanza nazzjonali. Drajna b’seminars fuq din jew dik it-tema. Drajna bi Green u b’White Papers qabel il-Gvern jiddeciedi. Izda ghal Ministru Josef Bonnici dan kollu ma jghoddx. Tkellem ma min ghazel hu u daqshekk. Seta kellu ragun. Izda meta tiddeciedi int u l-ftit li taghzel int, ir-responsabbilta` ta` li jigri tkun kollha kemm hi tieghek.


Nistghageb kif Kabinett li jemmen li d-diskussjoni l-aktar wiesa hi l-ahjar mezz, anke jekk kultant il-prezz f’dewmien irid jithallas, kif fuq kwistjoni hekk important li tolqot bil-kbir il-futur tal-intrapriza f’pajjizna, il-Kabinett tal-Ministri accetta din is-segretezza kollha. Jien inhoss li ghalkemm il-Gvern iffirma ic-Charter Ewropej tal-Intraprizi iz-Zghar f’April li ghadda f’Maribor, Slovenja, li l-Kabinett tal-Ministri ghadu mhux vera konvint li l-intraprizi iz-zghira kif jghid dan ic-Charter, hi s-sinsla ta` l-ekonomija. Meta naghsar dak li jsir bil-fatti u nara l-attitudni li ghandha tirrenja f’pajjizna kull fejn ghandhom x’jaqsmu n-negozji z-zghar, nifhem li m’hemmx verament ir-rieda li liz-zghir jegevolawhom. Kieku ma jiehdux decizjoni li jghalqu l-IPSE u jirrifjutaw li jikkumentaw mal-GRTU, l-akbar organizazzjoni li tirraprezenta lin-negozji z-zghar. U meta nghidu zghar, nifhmu zghar. Nifhmu dawk l-intraprizi li illum la huma rapprezentati fuq il-Bord tal-MDC, la fuq il-Bord tal-METCO u lanqas fuq l-istess Bord tal-IPSE.


Politika Favur Iz-Zghar
F’dawn l-ahhar snin jien ghan-nom tal-GRTU fassallt pakkett ta` proposti u kontinwament nishoq f’kull okkazzjoni li jkolli fuq dawn il-proposti, kollha favur in-negozji z-zghar. Izda ghal ta` xejn. Anke meta bhal ma gara fil-Budget tas-sena l-ohra il-Gvern jitwebbel li jintroduci skemi ghaz-zghar, insibu li hafna drabi x’hin jigu ghat-twettieq ir-rieda ma tkunx hemm u l-iskemi jfassluhom b’mod li jidhru sbieh fuq il-karti izda fit-twettieq ma jkunx ifissru xejn. Hekk gara wkoll b’hafna mill-iskemi tal-IPSE. Hafna studji, hafna proposti izda x’hin taghsar issib ftit. Dan minghajr ma nichad bl-ebda mod ix-xoghol u l-entuzjazmu li urew numru ta` ufficjali tal-IPSE biex iwettqu dak li setghu favur iz-zghar.

Ghaliex jigri hekk? Jien nghid ghax ma jridux jisimghu. F’erba` snin ta` Gvern, mill-1998 ‘l hawn, perezempju qatt ma ndenja ruhu c-Chairman tal-MDC, tal-METCO jew tal-IPSE li jsejjah laqgha wahda mqar ta` konsultazzjoni mal-GRTU. Ghalfejn? Issa kull min hu midhla tal-GRTU jaf li hu x’inhu s-settur tan-negozju fejn is-sid imexxu hu stess, fil-GRTU zgur li hemm sezzjoni li tirraprezentah. Ilu 40 sena li l-GRTU ma tkunx biss ghaqda tan-nies tal-hwienet. Illum bi “trader” u “retailer”, il-GRTU tifhem kull xorta ta` intrapriza fejn dakl li jkun qed jinnegozja. Ghalkemm f’isem tal-GRTU tintuza l-kelma “Trader” din illum hi sinomina mal-kelma aktar uzata illum “entrepreneur”. Il-Ministru ta` l-Affarijiet Barranin, il-Ministru tal-Finanzi, l-istess Ministru tas-Servizzi Ekonomici, il-Ministru tat-Trasport, il-Ministru tal-Biedja u c-Chairman tal-Maltacom, Enemalta, Freeport u l-Banek jafu mill-kuntatti u r-rapprezentazzjonijiet li jsiru b’mod regolari x’inhu r-rwol tal-GRTU llum. Izda ghac-Chairman tal-MDC, IPSE u METCO dan kollu dlam cappa.

L-esperjenza li akkumulat il-GRTU illum m’hemmx paragun maghha fl-ebda ghaqda ohra. Izda tahsbu li jkun hemm konsultazzjoni mal-GRTU x’hin nigu ghat-tfassil ta` policies li jolqtu lill-intraprizi? Ghalfejn? Is-suppervja ta` min imexxi f’dan il-qasam hi xi haga tad-dahk. Ghax taf kemm taf qatt ma taf bizzejjed u zgur li konsultazzjoni hsara ma taghmilx. Izda hekk hu maghgun. Ara ma titkellimx mal-GRTU ghax tiehu xi marda!

Policies
Issa fuq x’hiex tibbaza l-policies taghha l-GRTU? Tiehu l-aktar in kosiderazzjoni dak li johrog mir-ricerka li l-GRTU taghmel fost in-negozji rapprezentanti minnha. U tghati kaz hafna ta` dak li jinghad fil-laqghat li jsiru kwazi kulljum, daqqa ta` taqsima u daqqa ta` ohra. Ghax biex tifhem kif jirraguna s-sid ta` negozju zghir u s-self-employed trid tkun mieghu kulljum u trid tmiss ma hafna setturi. Din m’hiex xi haga li titghallem minn fuq l-iskrivanija jew mill-kotba.

Ezempju hu l-analizi ta` minn fejn igibu l-finanzi n-negozji z-zghar. L-esperjenza tal-GRTU turi li s-sidien ta` l-intraprizi z-zghar qed jikbru fl-eta` u li kwazi nofs dawn l-intraprizi llum huma f’idejn nies ta` aktar minn 45 sena. L-intraprizi l-godda izda huma l-aktar taz-zghazagh ta` madwar 25 sena. In-negozji li ilhom fix-xoghol aktar minn 30 sena huma f’idejn nies ta` 55 sena u aktar. Din fiha innifisha tghin biex meta tfassal policies u strategiji tkun taf ghal min.

Haga ohra li tolqot hi li l-bicca l-kbira tan-negozji fl-ibliet u l-irhula taghna, barra dawk fic-centri l-aktar importanti, huma tan-nies mill-istess lokalita`. Ftit hemm negozjanti Maltin f’Ghawdex. Ftit li xejn fir-Rabat, f’Hal Qormi f’Haz Zabbar, f’Haz Zebbug, fil-Mosta u bnadi ohra li m’humiex tan-nies tal-lokal jew ta` nies li izzewgu fil-lokal jew li marru joqoghdu fil-lokal. Anke f’pajjiz ckejken bhal Malta m’hemmx mobilita` fejn jidhlu negozji daqskemm wiehed jahseb. Ghalhekk mhux facli li taqbad, perezempju, tghid lil tal-garaxxijiet tat-tiswijiet biex jghalqu mir-rahal fejn huma stabbiliti u jmorru x’imkien bhal Hal Far.

Meta mbaghad titkellem man-nies tan-negozji z-zghar issib li l-bicca l-kbira ghadhom jiddependu mill-finanzi jew taghhom stess (57%) jew fuq il-bank overdrafts (66%) jew fuq il-bankloans (45%). L-aktar li juzaw hi tahlita` ta` bank overdrafts u bank loans (35%). Din ukoll tiswa hafna ghal min ikun irrid ifassal strategiji ghal dan is-settur.

Meta titkellem man-negozjant z-zghir issib li proporzjon zghir hafna ta` sidien huma sodisfatti bl-iskemi ta` sapport li jhaddem il-Gvern taht xi skema jew ohra. Il-bicca l-kbira tas-sidien tan-negozji ma jafu xejn dwar skemi ta` ghajnuna. Li ma nifhimx hu kif min ifassal dawn l-iskemi jfassal minghajr ma jitkellem ma hadd li qatt haddem negozju hu stess. Dejjem jitkellmu ma` l-accountants, ma` l-avukati, mal-professuri jew mal-managers ta` l-intraprizi l-kbar. Ghax, nerga nghid, hemm pregudizzju kbir. Qishom qed jghidu li m’hemmx x’titghallem meta titkellem maz-zghar. Ghax skond huma, la zghar, mela hmir!

X’Igib It-Tkabbir
Issa meta titkellem maz-zghar tifhem li l-aktar li s-sidien tan-negozji z-zghar jaraw bhala toroq importanti li jwasslu biex negozju jikber u jfendi hemm, l-ewwelnett, it-tkabbir tat-turnover (71%), it-tieni zieda fil-profitabilita` u wkoll zieda fl-impjiegi. Mela, ghal darb’ohra, jekk trid tkejjel policies ghal dan is-settur u tuza dawn bhala kriterji ta` kejl, ghandek fuq x’hiex tahdem. Din hi informazzjoni izda li tigborha billi titkellem maghhom.

Min ifassal skemi biex jghin liz-zghar irid kontinwament isaqsi:

 imma l-iskema qed tghin biex in-negozji z’zghar ikunu jistghu izidu t-turnover minghajr ma jbaghti, minghajr ma jitkisser b’nuqqas ta` finanzjarjament?

 l-iskema, qed twassal biex finalment sid in-negozju jzid fil-profitabilita`?

 jekk in-negozju joffri opportunitajiet tajbin ta` mpjieg, tghin biex dak li jkun meta jhaddem in-nies mieghu ma jitkissirx?

Haddem mil-Anqas
L-iskemi li rajt jigu proposti ftit li xejn jilhqu dawn l-ghanijiet. Zgur li f’Malta ma tezisti l-ebda skema li tinkoraggixxi lin-negozji z-zghar li jkattru l-impjieg. Anzi t-taxxi huma mfassla b’tali mod li jiskoraggixxu lin-negozji milli jhaddmu aktar nies. Il-GRTU minn meta dahhlu l-VAT pprezentat studji biex turi li l-VAT kienet tiddiskrimina favur minn ihaddem ftit nies u kontra min ihaddem aktar nies. Xi hadd sema`? Xi hadd ta` kaz? Ghalfejn?

Mhux ta` b’xejn allura li hafna sidien ta` intraprizi zghar jaqdfu ghal rashom u ma jersux lejn dawk li suppost qed jghinuhom. L-ewwelnett l-ispejjes saru mmens. Il-kontijiet tal-esperti saru enormi. Imbaghad, aktar iva, milli le, s-sidien jghidu li m’humiex sodisfatti bil-parir li jtuhom l-esperti li jqabbdu huma stess u li l-bicca l-kbira jqisu li l-iskemi tal-IPSE u tal-Gvern ma jghoddux ghalihom. Xi haga hazina hemm. In-nuqqas ta` komunikazzjoni zgur li hi wahda. Li l-iskemi mhux adatti hi ohra. Ser tissewwa din biz-zwieg tal-MDC mal-METCO u mal-IPSE? Ghal darb’ohra jekk dan l-esperiment ifalli bhal ma fallew hafna esperimenti f’dawn l-ahhar snin, l-esperti jkunu gawdew il-belli liri u z-zghar jibqghu fejn kienu jew isiru aghar.

X’ifisser dan kollu? Ifisser li l-hobs, kif jghid il-Malti trid taghtih lil min jaf joghmodu. Qed ikun hemm wisq teoriji u tfassil ta` policies minghajr konsultazzjoni ma min hu involut bis-serjeta`. Hemm wisq nies li jikkmandaw li jridu jitkellmu u jfasslu bla ma qatt ma garrbu.

Issa li donnu li r-rih qed idur u huma hafna li genwinament iridu jaghmlu xi haga bis-serjeta` ghal intraprizi z-zghar ma nistghux nibdew billi naghtu kas sewwa ta` x’ghandhom jghidu l-istess sidien tan-negozji?






0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent