logo

Atlas Banner
GDP June Quarter
L-ahhar rapport ippubblikat mill-Ufficju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO) dwar l-andament ta’ l-ekonomija Maltija hu dak li jirrapporta ic-caqlieq fil-Prodott Gross Nazzjonali ghall-perjodu li ghalaq fl-ahhar ta’ Gunju 2002. L-ahbar it-tajba f’dan ir-rapport hi li l-GDP kiber f’termini reali bi 2.2%. Din hi ahbar tajba ghaliex is-sena l-ohra, l-GDP kien qed jaqa’ kull tlett xhur, u fil-bidu ta’ din is-sena rega wera caqlieq ta’ 1.4%. Jidher ghalhekk li r-ritmu qed jinzamm. Qabel ma jibdew jindaqqu t-trombi izda, wiehed irid jinnota li t-tkattir sar primarjament ghall-progress tal-kumpanija ST Microelectronics. Din fiha nniffisha hi ahbar tajba, ghaliex kuntrarjament ghal li pruvaw jghidu xi analisti s-sena l-ohra li l-ST Microelectronics mhix tant importanti ghall-andament ta’ l-ekonomija Maltija, din il-kumpanija fil-fatt hi mportanti ferm ghal Malta. Is-sena l-ohra, meta l-ST Microelectronics waqghet lura, dawn l-ekonomisti qalu li l-ekonomija kienet sejra tajba u li marret hazina biss id-ditta l-kbira. Issa li l-figuri juru li l-ekonomija globalment sejra tajba, mhux qed jghidu li dan il-progress gej ghax id-ditta l-kbira qed tirpilja.


Il-verita’ hi li l-problemi ta’ l-ekonomija Maltija ghadhom hemm u l-ahhar rapport tal-GDP huwa nkwetanti hafna ghaliex ikompli jaccenna dawn il-problemi. Dawn il-problemi mall-ewwel jidhru hekk kif issir analizi bir-reqqa ta’ dak li gara fis-setturi ta’ l-ekonomija Maltija wiehed wiehed.

-Produzzjoni
Is-setturi li minnhom l-aktar li tiddependi l-Produzzjoni Nazzjonali huma dawk fejn jinholoq prodott u dan il-prodott jinbiegh fi swieq barranin, jew li jgib f’Malta qliegh ta’ flus barranin. L-aktar importanti f’dawn l-oqsma huma s-settur tal-manifattura, is-settur tal-lukandi u servizzi ohra li naghtu lill-barranin bhal m’huma t-tiswija tal-vapuri u l-Freeport. Analizi bir-reqqa ta’ l-ahhar rapport tal-GDP juri li f’dawn is-setturi kompliet it-tendenza li dehret fl-ahhar sentejn. It-tendenza hi li jonqos il-bejgh, jonqsu l-profitti u jizdiedu l-ispejjez. Jigifieri, is-setturi li minnhom irridu naqilghu bizzejjed biex inhallsu ghal dak kollu li nixtru minn barra, mhux talli mhux qed iqallghuna aktar, izda qed iqallghuna inqas. Aghar minn hekk, m’ahniex nirristrutturaw bil-ghaqal biex insiru kompetittivi u nfejqu l-pjaga.

Fis-settur tal-manifattura x’hin tnehhi l-ST Microelectronics, il-kumplament tal-manifattura waqa bi 2%. Izda aghar minn hekk waqa l-profitt tas-settur u l-profitti waqghu b’rata hafna iktar qawwija milli waqghu l-ispejjez. Dan juri li s-settur tal-manifattura mhux qed jirristruttura bizzejjed u mhux dehlin fih l-investimenti godda mehtiega biex titkattar l-efficjenza u l-produttivita’ li jwaqqghu n-nefqa u jkattru l-kompettittivita’. Ma dorniex il-kantuniera, u fil-manifattura ghadna fl-istess triq hazina li qbadna, fejn l-infieq fuq pagi u salarji dejjem tiela, tiela wkoll l-infieq l-iehor b’rizultat li qed jitnaqqru l-profitti li huma tant mehtiega biex isir l-investiment mehtieg. Is-settur tal-manifattura qieghed go gagga u wahdu mhux ser johrog minnha jekk ma jkunx hemm intervent b’sahhtu min-naha tal-Gvern jew b’xi mod jingiebu fondi minn barra ghal dan is-settur. Dan hu l-argument kbir li haqqhom qed jitkellmu dwaru l-industrijalisti. Ma jiswa xejn li Malta tidhol fis-suq Komuni Ewropew li wara t-tkabbir ser ikun suq ta’ 400 miljun ruh, jekk Malta ma jkollhiex settur tal-manifattura b’sahhtu u kompetittiv bizzejjed biex jidhol bil-kbir f’dan is-suq hekk qawwi. Ghadna naraw f’pajjizna, investituri johorgu somom kbar biex jinvestu f’oqsma li llum qed irendu ftit, u li kollha jiddependu jew mis-suq ckejken ta’ Malta stess, jew mit-turisti li jigu jzuruna. Il-Maltin mhumiex jinvestu fil-manifattura, u l-propaganda kollha tal-Gvern dwar l-Unjoni Ewropea mhix tenfasizza li s-sabih tas-shubija huwa precizament li l-investitur Malti f’dan is-settur ser ikollu quddiemu suq enormi jekk huwa kapaci jipproduci kompetittivament ghal dan is-suq. L-MDC, l-IPSE u l-METCO mhux qed jirnexxielhom ihajjru lil Maltin li ghandhom il-kapital jew li kapaci jmorru fuq l-istock exchange u jigbdu lejhom il-kapital tal-Maltin biex jinvestu fil-manifattura. Dan jew ghax l-incentivi li qed ifasslu mhumiex adekwati, jew ghax mohhom aktar biex iduru d-dinja jhajjru l-barranin jigu Malta meta dawn mhux interessati, jew ghax sempliciment mhux qed jifhmu x’inhu jigri. Bqajna, ghalhekk, bil-kantaliena ta’ investimenti ta’ l-iljuni f’bini ta’ appartamenti, bini ta’ showrooms, bini ta’ blokki ghall-ufficini, bini ta’ garaxxijiet, bini ta’ ristoranti, kafeterji u hwienet, u bini ta’ lukandi ta’ kwalita’ inferjuri, meta dawn mhumiex l-investimenti li ser isahhu l-qliegh ta’ l-ekonomija Maltija jekk fil-futur qarib Malta ssir parti minn dan is-suq Ewropew enormi.

Il-problema
Is-setturi li fit-tieni kwart tas-sena marru tajjeb huma dawk li l-anqas li huma marbuta ma’ valur mizjud gej minn produzzjoni diretta bhalma huma l-banek, il-bejgh ta’ proprjeta’ u s-servizzi fejn fihom hemm l-inqas proporzjon ta’ hlas ta’ pagi. Is-setturi, bhalma huma dawk ta’ l-assikurazzjoni u setturi ohra ta’ servizzi, tat-trasport, tal-kommunikazzjoni u tal-lukandi, fejn hemm element qawwi ta’ hlas ta’ pagi u salarji, kollha ma marrux tajjeb. Jigifieri, jidher car li s-setturi li kapaci jfendu billi jhaddmu lanqas nies u jaghmlu turnover qawwi bl-inqas spejjez, imorru tajjeb. Is-setturi kollha li jhaddmu hafna nies u li ghalhekk il-profitt jiddependi mill-produttivita’ tan-nies u min-nefqa tal-pagi u salarji bhala proporzjon totali tan-nefqa, jmorru hazin. Dawk li fl-oqsma ta’ l-intrapriza jmorru tajjeb minkejja li ghandhom proporzjon gholi ta’ nfieq fuq pagi u salarji, huma dawk li jaqghu fis-settur pubbliku u li b’xi mod jew iehor jircievu s-sussidji.

Min jara u jifhem dan kollu, jifhem il-problema enormi li ghandha l-ekonomija Maltija. Jien nappella lit-trejd unions li din il-haga jarawha sewwa, ghax jien zgur li jekk mhux se nsibu soluzzjoni ghal din il-problema, mhux biss ser inkomplu nisplodu d-dejn nazzjonali, izda wkoll ser inwasslu l-ekonomija biex filwaqt li tkun tghabbiet b’pizijiet zejda u ghaddiet ukoll minn bidla radikali biex tintrabat mas-suq Komuni Ewropew, ser naslu mbaghad biex ma jkollniex il-hila ngawdu mill-potenzjal ta’ dan is-suq. Ma jiswa xejn li nittwebblu li ghandna opportunitajiet kbar meta mbaghad mhux se nkunu kompetittivi biex dawn l-opportunitajiet naqbduhom. Il-marda hi li kulhadd ghadu jrid ihares lejn dan l-imbierek suq ckejken ta’ Malta u qisna m’ahniex nirrealizzaw li d-domanda f’Malta hi dik li l-ekonoomisti jsejjhulha derived demand. Jigifieri, domanda li tezisti ghaliex in-nies ikollhom il-flus fil-but li qalghuhom bis-sahha ta’ attivita’ ekonomika ohra, li fil-kaz taghna hi dik ta’ l-esportazzjoni u tat-turizmu.

Fejn sejrin
Meta wiehed janalizza l-politika ekonomika li qed inhaddmu b’mod partikolari l-politika industrijali u dik tat-turizmu, bil-fors li min hu serju jinnervja. Ghaliex kif jista jkun li l-istatistika turi, per ezempju, li l-lukandi qed inaqqru l-profitti taghhom u li l-infieq taghhom dejjem tiela, imbaghad ikunu qed izommu l-pozizzjoni taghhom fis-suq tat-turizmu bi skema bhalma kienet it-TOSS, imbaghad tara lill-Gvern inehhiha? U dan fi zmien meta s-settur tal-manifattura mhux sejjer tajjeb u bil-fors il-pajjiz ghandu bzonn li jkattar il-qliegh tieghu mit-turizmu ghat-telf fil-manifattura waqt li dan is-settur qed jirristruttura. Mhux titnehha minn fuq is-suq Ingliz kellha t-TOSS, izda tidhol ukoll ghas-suq Germaniz! Kif tista ma tinnervjax meta tara l-figuri tal-manifattura u tara li l-policies tar-ristrutturar qed jahdmu biss fejn hemm investituri privati li akkost ta’ kollox qed jinvestu bil-kbir bhalma qed jigri fis-settur tal-produzzjon tad-denim u li f’setturi ohra, x’hin taqta l-paroli, ftit li xejn qed sir biex verament l-investitur Malti jidhol bil-kbir biex jinvesti f’oqsma godda ta’ manifattura li huma rikjesti mis-suq kbir Ewropew?

Jekk ir-relazzjoni ta’ Malta ma’ l-Unjoni Ewropea trid tahdem, din trid tkun imsejjsa fuq pendament sod ta’ gwadann ekonomiku mill-potenzjal enormi tas-suq kbir Ewropew. Dan ifisser politika agressiva u pozittiva lejn il-manifattura permezz ta’ ghajnuna diretta, bini ta’ iktar fabbriki u assistenzi fiskali, u ta’ tahrig, u ta’ kull xorta ohra, li jizguraw li l-Malti ma jibqax iktar jinvesti fejn ma jrendix u fejn ma jaghtina l-ebda ritorn mill-ftuh li ser ikollna ghas-suq kbir Ewropew, izda li jitfa flusu bil-kbir fejn hu ta’ l-aktar gwadann ghall-ekonomija Maltija.

Il-politika ekonomika tal-lum mhix indirizzata b’mod qawwi lejn din id-direzzjoni. Id-direzzjoni vera hi Ewropa, izda mhux l-Ewropa li hi ta’ l-aktar gwadann ghalina!

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent