logo

Il-BICC
Bhala membru fundatur tal-Kunsill Konsultattiv ghall-Industrija tal-Bini (il-BICC) xejn ma jaghtini sodisfazzjoni aktar milli nara kif dan il-kunsill mexa ‘l quddiem u ghamel volum kbir ta` xoghol. Dnub li hafna mix-xoghol ta` dan il-Kunsill jibqa` ma jkunx implimentat mill-gvern. Dnub ukoll li dak li jkun implimentat jiehu tant zmien. Dan hu Kunsill li hadem sewwa kemm taht l-ewwel Chairman tieghu l-Perit Martin Debono, kif ukoll taht ic-Chairman tal-lum il-Perit Robert Musumeci. Hu Kunsill Konsultattiv b’partecipazzjoni ta` dawk is-setturi kollha li ghandhom interess fl-industrija tal-bini u jirnexxielu jigbor fih idejat u proposti minn setturi differenti minghajr ma jhalli lill-ebda qasam jiddomina. Jiddependi mill-kontribuzzjoni volontarja tal-Kunsilliera izda jibni wkoll fuq ix-xoghol professjonali ta’ l-ispecjalisti mqabbda biex ilestu l-volum kbir ta` studji xjentifici li jlesti. Ihaddem sistema tajba ta` sotto-kumitat specjalizzat u b’rihet t’hekk imexxi fl-istess zmien diversi progetti.


Pjanijiet Lokali
Fost l-istudji li jniedi l-BICC hemm dawk dwar il-pjanijiet diversi li tfassal il-MEPA, l-aktar il-Pjanijiet Lokali. Dan l-ahhar gie analizzat fid-dettal il-Pjan Lokali ta` Ghawdex u Kemmuna u dak tac-Centru ta` Malta. Mir-rapporti ta` l-esperti li ghamlu l-analizi johorgu xi osservazzjonijiet li m’humiex tant visibbli ghal min jara l-Pjan Lokali b’mod generali. Ilum nghid xi haga dwar dak li ntqal dwar il-Pjan t’Ghawdex.

Il-Pjan t’Ghawdex.
Fil-Pjan t’Ghawdex jissemmew diversi progetti li ghandhom jitwettqu ghall-gid tal-komunita` izda l-Pjan ma jghid xejn dwar meta ser isiru dawn il-progetti u dwar min ser ihallas ghalihom. Il-Pjan isemmi wkoll hafna policies, izda wkoll waqt li f’xi kazi jindika min ser ikun responsabbli ghat-twettieq ta` dak li jghid il-Pjan, f’hafna kazi t-twettieq qed jithalla ghal haddiehor li mhux indikat. Bhallikieku ohrajn ser jindunaw bl-gherf li hemm fil-Pjan u jiehdu inizjattivi minn jeddhom. Min qatt haddem pjan jaf li dan mhux l-ahjar mod kif tippjana. Il-Pjan ghalhekk jitwaqqa fuq livell ta` ezercizzju akkademiku lil ‘hinn mir-realta`

Min Ser Ihallas
Meta jissemmew diversi progetti, ma jinghad xejn dwar jekk il-gvern ghandux il-flus ghal dawn il-progetti jew kif ser johloq il-fondi mehtiega. F’kazi fejn ser isiru programmi ta` zvilupp dwar progetti li l-gvern diga accetta u lest li jikkommetti ruhu dwarhom, dan ghandu jinghad hekk kif il-Pjan ikun approvat mill-Parlament. Meta pjan ikun approvat mill-Parlament, wiehed jistenna li l-progetti li jkunu msemmijin fil-Pjan ikunu diga gew approvati mill-Gvern. Daqstant iehor, il-Ministru tal-Finanzi jkun approva l-fondi mehtiega ghat-tkomplija tal-progetti. Is-serjeta’ tal-gvern ghandha tinvolvi l-akwist ta` l-art. Izda dwar dan il-pjan ma nghad xejn.

Din li l-Pjan ikun gej ghall-approvazzjoni tal-Parlament u jkun jinkludi fih progetti ghal komunita` li jinvolvu nfieq pubbliku konsiderevoli u wkoll akwist ta` art, u l-gvern ma jkunx diga` ta l-approvazzjoni tieghu ghal dawn il-progetti u vvota l-flus ghalihom hi stramba. Dan kollu jaghmel il-Pjan ta` Zvilupp fjakk jekk mhux wkoll li jisgwida, ghax meta progett ikun jidher fi pjan li jkun approvat mill-kabinett u wara mill-Parlament, ikun ifisser li l-Ministru tal-Finanzi jkun inkludih bhala parti mill-progetti tieghu.

L-aktar issa meta l-Ministru Dalli qed jghid li ser jibda jiehu l-Budgets ta` kull sena bhala wiehed li jorbot ma ta` warajh u ta` warajh bhala Pjan tan-nefqa pubblika. Jigifieri, l-Ministru tal-Finanzi ser jillimita il-fakulta` ta` hafna istituzzjonijiet pubblici bhal MEPA li johorgu bi progetti li dwarhom il-Ministeru tal-Finanzi ma jkunx ippjana u progetta l-fondi mehtiega.

Finanzi Pubblici
Min jifhem fil-finanzi jaf li din hi wahda mill-kwistjonijiet li gabet lill-finanzi tal-pajjiz fil-gwaj. Hija facli li wiehed jippjana u jistenna lill-haddiehor ihallas. Dwar din il-kwistjoni l-Parlament ghandu jkun car: kull progett li jissemma f’dawn il-Pjanijiet u li jkun imressaq ghall-approvazzjoni, irid ikun sar b’mod li l-finanzjament tieghu ikun ippjanat sew minn qabel u jkun inkorporat fil-multi-budgeting programm tal-gvern. Il-privat imbaghad la jkun jaf li dawn huma progetti konfermati jkun jista` jaghmel huwa wkoll il-pjanijiet tieghu u mhux kollox fl-ajru.

Il-pjan ghandu ghalhekk jindika x’livell ta` responsabbilta’ ser ikollu l-gvern dwar il-progetti msemmijja, kif ser tkun din ir-responsabbilta’ finanzjarja u fuq liema zmien u fuq liema skala. Jiena niddubita kemm il-Minsitru John Dalli dahal fihom dawn il-progetti! Kemm ipprezentawlu pjanijiet ta’ nfieq u kemm haddmulu kif ser jingiebu l-flus dawk li nizzlu dawn il-progetti fil-pjanijiet? Jekk dan ma jsirx kif jista` haddiehor jinkorpora bis-serjeta` dawn il-progetti fil-pjanijiet tieghu?

Pajjizna ma jistax jibqa hekk! Kif jista wiehed ifassal u jippjana minn fejn ser igib il-flus jekk lanqas hu zgur jekk il-progett huwiex holma jew le?

Meta Ser Jitwettqu
Il-MEPA wkoll trid tibda li f’dawn il-Pjanijiet taghti indikazzjoni ta` meta l-progetti li ssemmi ser jaslu ghat-twettieq. Kif jista` jkun li jissemma progett li jkun ser jibdel zona shiha u jibqa mdendel fl-arja u hadd, jew kwazi hadd ma jkun jaf meta jew jekk hux ser isir? Possibli dawk li jfasslu dawn il-Pjanijiet ma jafux bl-incertezzi u bid-diffikultajiet li joholqu sitwazzjonijiet bhal dawn. U xi pjan hu jekk mhux pjan ta kif, fejn u meta u minn min?

Spinta Ekonomika
Wiehed mil-ghanijiet ta` Pjan hu li jaghti spinta lill-izvilupp u li jinholqu opportunitajiet godda. Pjan ghalhekk ghandu jaghti gwida cara u jindika l-incentivi biex zviluppaturi jimxu fuq il-linji tal-pjan u mhux mod iehor u biex jattira l-interessi tal-izviluppaturi lejn l-opportunitajiet li jkun irid min iniedi l-Pjan. L-incentivi jistghu jkunu ta` natura fiskali, assistenza diretta jew sempliciment billi l-affarijiet ikunu ccarati u iffacilitati biex zviluppatur ikun imhajjar aktar.

Gholi ta` Bini
Il-Pjan jitkellem dwar policies ta’ gholi ta` bini izda mhux car dwar kif din ser tahdem. X’ser jigri? Ser nibqghu bis-sistema fejn bini jkun ta` tant sulari u ta` haddiehor aktar jew anqas? Inkella ser immorru bis-serjeta` ghal zoni shah fejn l-gholi jkun wiehed u mhux nibqghu imharbta bhal m’ghamilna s’issa! Il-pjan jindika li hu possibbli li fejn hemm il-limitazzjoni fuq l-gholi dan jista` f’certi kazi jinqabez! U jekk sal-lum din kienet wahda mil-mardiet kbar li harbtet il-pjanura t’Ghawdex, issa allura ser nipprogettaw l-istess diffikulta` ghall-futur?

Postijiet Vojta
F’Ghawdex hemm propozjon gholi ta` proprjeta` li hi vakanti. Il-MEPA ghalhekk qed tghid li mhux ser tiftah aktar art ghal zvilupp waqt iz-zmien tal-operat tal-Pjan. Illum diga hemm art fabbrikabbli disponibbli li fuqha jistghu jitilghu 5,500 dar. Jigifieri l-fatt li mhux ser tizdied l-ammont ta` art ghal bini mhux ser izzomm tant l-izvilupp u mhux ser issolvi xejn il-problema li c-centru ta’ l-ibliet u l-irhula Ghawdxin qed jitmermru minhabba nuqqas serju ta` zvilupp.

Il-MEPA ghandha taghmel flimkien mal-Gvern dak li jsir barra u toffri pakketti ta` ncentivi fiskali u mod iehor biex dak li jkun jithajjar jiehu djar qodma u zoni fic-centri u jirrangahom skond il-kriterji tal-MEPA. Bla inkoraggament dak li jkun imur jinvesti fejn hemm inqas xkiel. Ghalhekk ic-centri storici qed jitmermru u l-bini qed johrog ‘il barra f’zoni fejn seta` ma sar bini xejn!

Garaxxijiet
Il-Pjan ta` Ghawdex jirrikonoxxi l-htiega kbira li hemm f’Ghawdex ghal aktar spazji ghal bini ta` garaxxijiet ghall-intraprizi z-zghar. Tinhass anke l-htiega li dawn il-postijiet ikunu ntegrati mac-centri tal-komunita`. Il-MEPA izda hawn ukoll mhux tindika liema huma l-kriterji dwar kwistjonijiet ta` hsejjes, trabijiet u rwejjah li jistghu jnaffru lir-residenti. Lanqas ma stipulat x’incentivi ser jinghataw biex dawk li jridu jibnu f’certi zoni jkunu nkoraggiti jhaddmu s-sistema mixtieqa.

Impact Assesment
Illum fl-Unjoni Ewropeja ma tistax tfassal aktar Pjan bi progetti kbar minghajr ma jkun sar l-Environment Impact Assessment li jikkwalifika li dawn il-progetti jidhlu fil-Pjan. Il-Pjan innifsu hu progett kbir li jinvolvi t-thaddim u l-uzu ta` hafna artijiet u hafna rizorsi. Fih innifsu, meta jitwettaq, ibiddel l-ambjent li ghalih il-Pjan ikun tfassal. Barra minn dan il-Pjan jinvolvi, kif diga ghidna, uzu ta` fondi pubblici kbar u holqien ta` inizjattivi ekonomici privati fuq skala kbira.

Kif allura meta wiehed jipprezenta progett uniku l-MEPA tinsisti li jkun hemm Environment Impact Assessment u mbaghad l-istess MEPA tfassal Pjan ghal lokal shih li jkun jinkludi fih numru sostanzjali ta` progetti kbar bla ma tfassal Environment Impact Assessment dwar il-Pjan kollu u dwar il-Progetti imsemmija fil-Pjan?

Impatt Ekonomiku
U xi nghidu ghal Business Impact Assessment? Issa fl-Unjoni Ewropeja progetti kbar iridu wkoll ikunu akkumpanjati minn Business Impact Assessment ghaliex x’ikun jiswa li jittiekel aktar l-ambjent, tintuza aktar energija u jsir uzu ta` rizorsi, meta finalment ma jizdiedx il-gid u l-opportunaitajiet ghax effettivament issir haga gdida u skapitu ta` ohra?

Pajjizna llum wasal fi stat fejn ir-rizorsi taghna huma limitati. F’Ghawdex aktar minn Malta! Bilfors li l-ippjanar ma jistax jibqa aktar akkademiku. Izda l-ippjanar irid isir dejjem aktar konkret u mzejjen b’rapporti ta’ l-impatti kemm ambjentali kif ukoll ekonomici. Li naghmlu minn issa l’hemm irridu nippjanawh sewwa u mhux sempliciment biex nghidu li ghandna Pjan.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent