logo

Atlas Banner
Bhalissa huma hafna l-ekonomisti li qed jippruvaw jikkalkulaw x’jista` jkun l-effett fuq l-ekonomija tad-dinja u tad-diversi pajjizi wara gwerra ohra bejn l-Istati Uniti u l-allejati taghhom kontra l-Iraq. Dawn l-argumenti zdiedu aktar wara d-diskors qawwi tal-President Bush lill-Assemblea Generali tal-Gnus Maqghuda fejn wera bic-car li l-Istati Uniti lesta ghall-gwerra jekk l-Iraq ma jaccettax il-kundizjonijiet kollha li l-President Bush indika lill-Gnus Maqghuda.


L-ekonomisti qed jirragunaw li wara dak kollu li intqal li ser jigri lid-dinja ekonomika u l-pronostici tant negattivi li ntqalu sena ilu wara l-attakk fuq ic-Centru Dinji tal-Kummerc f’New York u li jidher li ma garax issa li qed jitkejjlu bil-fatti x’kien l-effett reali, il-biza` ta` impatt negattiv ghall-ahhar ta` gwerra ohra mhux qieghed tant jittiehed b’serjeta`. L-analisti qishom li wara li qiesu li r-ricessjoni li laqtet lill-pajjizi l-kbar matul din is-sena, kienet fil-fatt mhux kbira u ta` hajja qasira, mhumiex tant imwerwrin li gej disastru ekonomiku jekk tfaqqa gwerra ohra. L-Ingilterra, li hafna bassru li ser tbghati hafna ekonomikament bil-gwerra ta` l-Afganistan, lanqas biss hassitha r-ricessjoni.

Jigifieri, qed jghidu l-analisti, jekk l-iskop ta` dawk li fasslu l-qerda tac-Centru Dinji tal-Kummerc kien li jwaqqghu lid-dinja sinjura fl-akbar ricessjoni li qatt grat, dan il-pjan falla. Il-verita` hi li l-konsumaturi fil-pajjizi ewlenin, l-aktar fl-Istati Uniti u fir-Renju Unit, wrew rezistenza qawwija ghall-biza li t-tragedja tal-11 ta` Settembru, seghtet waqqghethom fiha u baqghu jixtru u jinvestu fuq livell gholi, tant li l-mewga negattiva ma damitx wisq u l-qerda ekonomika malajr trazznet. Il-gwerrra tal-Afganistan ma gabitx maghha d-dizastru ekonomiku kbir li l-pessimisti kienu bassru.

Swieq Finanzjarji
L-aktar li waqghet dalma matul din is-sena kien fis-swieq tal-ishma. Is-swieq ewlenin fil-fatt ghadhom, illum, sena wara, daqs 20% taht il-livell li kienu qabel il-11 ta` Settembru, 2001. Issa li l-biza dwar gwerra gdida hi qawwija, l-ekonomija globali qed tlesti ghax-xokk. Jidher li Saddam Hussein lest biex jisfida lill-Istati Uniti ghax ma tantx hu possibli li Saddam jaccettaw l-lista twila ta` kundizzjonijiet li ghamlulu l-Istati Uniti, u l-amministrazzjoni Bush tidher deciza li jekk Saddam ma jhallix l-investigaturi internazzjonali jidhlu fl-Iraq u jmorru fejn iridu biex jizguraw li l-Iraq m’ghandhiex hazniet u produzzjoni ta` armamenti qerrieda, allura l-Istati Uniti jattakkaw lill-Iraq akkost ta` kollox. Ftit jahsbu li l-gwerra tista` tigi evitata u l-gwerra ghalhekk tidher realta`. Jidher ukoll li jekk tibda, din tkun gwerra fit-tul!

Impatt Ekonomiku
L-ewwel effett ikun zgur li l-prezzijiet taz-zejt jisparaw ‘il fuq. Zgur ukoll li tizdied it-tensjoni fil-Lvant Nofsani. Jista` jkun li jinholoq argument serju bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti li zgur li lanqas Tony Blair ma jirnexxielu jirranga. Impatt iehor ikun li hafna decizjonijiet ekonomici u ta` kummerc ta` importanza kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fl-Ewropa u fil-pajjizi ohra ewlenin jitwarrbu, u hafna jistennew biex jaraw kif ikunu ser jizviluppaw l-affarijiet qabel jipprocedu. Fin-negozju, perjodu ta` ncertezza u waqfien ta` decizjonijiet ikollu mal-ewwel riperkussjonijiet ekonomici.

Il-Ministru tal-Finanzi Ingliz, Gordon Brown, huwa bezghan ferm biz-zieda fl-infieq li gwerra li tinvolvi mill-gdid lill-Ingilterra jista` jkollha, wara li huwa diga ikkommetta ruhu fl-ahhar Budget Ingliz ghal infieq qawwi min-naha tal-Gvern tieghu biex isalva s-servizzi socjali, jtaffi t-tbghatija ta` hafna nies u jgholli l-livell tas-servizzi pubblici. Jigifieri diga qed jara li l-infieq il-gdid ta` gwerra gdida u z-zidiet fl-ispejjez ikkawzati mill-impatt tal-gwerra jista` jgieghluh jibdel ir-rotta ekonomika u socjali li fassal il-Kabinett Ingliz.

Ministri ohra tal-Finanzi fl-Ewropa li qed ihaddmu ekonomija nazzjonali li, jew waqqfet tikber, jew li qed tikber bil-mod wisq, jew anke li miexja b’lura, huma nkwetati ferm li l-ekonomija taghhom ma tiflahx skusjatura ekonomika kbira ohra bhal ma jigri jekk tfaqqa l-gwerra. Rapport ippublikat dan l-ahhar mil-kumpanija finanzjarja Barclay Capital jghid li t-theddida tal-gwerra zgur li ggib waqfien ta` decizjonijiet ta` nvestimenti godda u ta` nfieq gdid bil-konsegwenza li gwerra twaqqa lura t-tkattir tal-ekonomija. Dan hu fil-fatt, dak li gara hekk kif faqqghet il-gwerra tal-Golf. Il-paragun ta` gwerra ohra fuq l-Iraq hija ma` dik tal-Golf u mhux ma` dik ta` l-Afganistan.

Ippreparati Ahjar
Analisti llum izda qed ighidu li l-Gwerra tal-Golf kellha dak l-impatt ghaliex l-ekonomiji kemm dik Amerikana kif ukoll dik Ingliza, kienu diga f’ricessjoni hafna qabel ma faqqghet il-gwerra. Jigifieri llum qed jinghad li l-Gwerra tal-Golf mhux veru li gabet dak l-impatt negattiv kollu li hafna qalu li gabet. Li kien zgur izda hu li l-prezzijiet taz-zejt splodew u maghhom gabu hafna nkwiet lil hafna ekonomiji. Din id-darba l-ekonomisti qed jistennew li l-gvernijiet ikunu aktar ippreparati ghall- impatt. Qed jittamaw li l-pajjizi produttivi taz-zejt huma lesti biex izidu l-produzzjoni taghhom biex jaghmlu tajjeb ghat-telf tal-produzzjoni tal-Iraq. B’hekk, iz-zidiet fil-prezzijiet ma jkunux esagerati.

Meta l-prezzijiet taz-zejt jgholew, l-ewwel impatt ikun li d-ditti fil-qasam tal-manifattura jgibu diffikultajiet kbar ghax jizdidulhom l-ispejjez. Dan ikun ifisser li pajjizi li jiddependu hafna mill-produzzjoni industrijali jbghatu hafna. F’dinja fejn il-problemi jghollu l-prezzijiet, dan ikun ifisser waqa fil-progetti u waqa fl-investiment u fl-impjiegi. Dan jaffettwa mall-ewwel lill-pajjizi l-kbar. Jaffetwa wkoll lill-pajjizi ohra tat-tielet dinja li jiddependu mill-pajjizi l-kbar. Pajjizi kbar izda tghallmu jilqghu ghal dawn id-diffikultajiet. F’dawn l-ahhar snin, dahlet is-sistema fil-pajjizi mportanti li waqt perjodu fejn l-infieq tal-industrija u tal-intrapriza jkun qed jghola minhabba zidiet fil-prezzijiet taz-zejt u ta` materja prima, il-Banek Centrali jzommu r-rati tal-interessi tas-self mill-Banek baxx biex l-industrija tkun tista` tirpilja u tbghati mill-anqas. Dan hu differenti ferm minn dak li kien gara fi zmien il-gwerra tal-Golf meta l-prezzijiet gholjin taz-zejt flimkien ma` l-interessi gholjin tal-banek kienu gabu diffikultajiet enormi lill-industrija.

Wara l-gwerra tal-Golf, il-Banek Centrali u l-Banek kummercjali huma llum aktar ippreparati biex jilqghu ghad-daqqa hazina li gwerra ggib maghha u jidhru decizi li din id-darba ma jhallux lill-industrija tbghati u tnizzel maghha setturi ohra. L-esperjenzi qarsa tal-gwerra tal-Golf, jigifieri, jista` jkun li ghallmet hafna biex din id-darba l-hsara tkun hafna anqas.

Gwadann
Xi analisti bhal dawk tal-Credit Suiss First Boston qed jargumentaw li gwerra ohra tista` anke tkun ta` vantagg ghaliex il-Lvant Nofsani u l-Iraq b’mod partikulari, tant joffru theddida kontinwa lid-dinja li jekk gwerra effettiva jirnexxila tnaqqas il-biza li tirrenja llum, fil-fatt dan jista` jgib mieghu fiducja gdida u mewga ta` nvestimenti godda li kapaci jaghtu spinta gdida lill-ekonomija dinjija. L-Amerikani jemmnu li Saddam hu t-theddida ewlenija ta` nkwiet fir-regjun kemm direttament minnu kif ukoll mit-terroristi mhallsa minnu. Huwa wkoll ta` theddida kontinwa lid-dinja u huwa htija li l-ekonomija industrijali qed tikber bil-mod. Dawk li jitkellmu bla pessimizmu li gwerra ohra tkun success ghall-Istati Uniti u l-allejati taghhom jghidu li din fija nnifisha tnehhi l-qtugh in-nifs li jezisti llum.

Ftit huma dawk izda li qed jikkalkulaw x’jista` jkun l-impatt jekk l-affarijiet ma jmorrux kif qed jippjanaw l-Amerikani. Gwerra wara kollox, hi gwerra, jsostnu l-pessimisti u qatt m’int zgur li l-affarijiet imorru sewwa u mhux hziena. Jidher li jekk il-gwerra mhux ser tkun evitata, li ta` l-anqas tkun success skond kif jarawha l-Amerikani. Dan ikun ifisser li ma jkunx hemm riperkussjonijiet mhux mistennija.

Skusjatura
Il-biza l-kbira tibqa izda li gwerra ohra ggib skusjatura ekonomika li hafna pajjizi ma jkunux jifilhu ghaliha. Barra l-pajjizi l-kbar li ghandhom illum strutturi finanzjarji avvanzati u ppreparati ghal li jista` jinqala`, hemm hafna u hafna pajjizi li m’humiex tant sofistikati u li ghalhekk jew m’ghandhomx ir-riservi finanzjarji li jghinuhom johorgu malajr minn krizi jew addirittura, diga mghobbijin tilja dejn u problemi ekonomici li zgur li jkissruhom jekk id-dinja tghaddi minn skosjatura ohra.

L-ekonomisti ewlenin izda huma ottimisti li din id-darba l-ekonomiji l-kbar ma jbghatux wisq u jirpiljaw malajr. Ghalhekk il-pajjizi l-ohra ma jkollhomx it-tkissir ekonomiku li r-ricessjoni fil-pajjiz il-kbir iggib fuq il-kumplament tad-dinja. Ghal min il-gwerer ma jarax fihom hlief ghawg, dan hu ottimizmu zejjed, izda tajjeb li wiehed jaghmel ftit kalkoli qabel ma jaqa` f’disperazzjoni. Wara kollox aspettativa negattiva fiha nnifisha ggib l-inkwiet waqt li wahda mhux tant kerha hi ta` vantagg ghax ma twerwirx lill-investituri u lill-konsumaturi.

Jidher li l-President Bush mhux qed ihalli l-argumenti ekonomici jinfluwenzawh wisq. Qisu li jrid jisma aktar lil dawk li ghandhom messagg posittiv aktar milli negattiv. Issa jew ghax l-Amerikani ppreparati sew anke mill-latt ekonomiku u mhux biss militari, jew inkella ghax hemm tmexxijja wisq tipo Texas. Li hu zgur hu li l-vuci tal-paci tidher imdamdma taht it-tnabar tal-gwerra!

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent