logo

Illum il-Kandidat ghall-Elezzjonijiet ghall-Parlament Ewropew Dr Ian Spiteri Bailey ipprezenta lil GRTU kopja tal-librett li ghadu kemm ippubblika, Small and Medium Sized Enterprises (SME’s) in an Enlarged Europe.


Waqt l-prezentazzjoni tal-pubblikazzjoni tieghu lis-Sur Joe Tabone, Senior Vice- President tal-GRTU, Dr Ian Spiteri Bailey, qal li huwa bhala MEP irid jassigura lil GRTU, bhala r-rapprezentant u l-vuci nazzjonali ewlenija ghan-negozji z-zghar ta’ pajjizna li huwa jikkommetti ruhu li:

ï‚· Jzomm kuntatt kontinwu ma’ kull min hu interessat u koncernat fuq l-intraprizi zghar u medji f’pajjizna
ï‚· Li jara li impatt negattiv possibli fuq l-SMEs Maltin ikun ta l-anqas dannu possibbli
ï‚· Li jizgura li jkunu avvanzati l-dejat illi jaghtu ghajnuna lis-settur ta’ l-SME’s anke f’pajjizna
ï‚· Li jirsisti biex tidhol kultura ta’ impact assessment fuq l-imprizi zghar u medji qabel ma jittiehdu u jigu mplementati certu decizjonijiet f’pajjizna u fuq livell Ewropew
Dr Ian Spiteri Bailey spjega wkoll x’kienet il-politika tal-Partit Popolari Ewropew lejn l-intraprizi zghar u medji b’mod partikulari l-impenn tal-PPE li tinholoq l-infrastruttura kollha necessarja sabiex l-intraprizi zghar u medji ma jibqghux jhallsu prezz gholi minhabba burokrazija zejda.

Wiegeb ghall-GRTU, Vince Farrugia, Direttur Generali. Vince Farrugia qal li l-GRTU sodisfatta li ghall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew resqu Kandidati li fosthom hemm min jista’ verament jaghmel differenza fejn jidhlu l-interessi tal-intraprizi z-zghar. “Il-GRTU hi deciza li tara li l-politici Maltin li qed jikkommettu ruhhom favur in-negozji z-zghar, jwettqu bis-serjeta’ dak li jweghdu”. Illum il-GRTU ghandha numru ta’ kwistjonijiet li jekk mhux ser ikunu risolti ser ikunu l-kawza ta’ konflitti u nkwiet. Il-kwistjonijiet pendenti huma dawn:


ï‚· Data Protection: Il-ligi tghid car u tond li min jigbor informazzjoni ta’ impjegati jew klijenti ghax obligat mill-ligi dan huwa ezentat. Ghalhekk il-GRTU issostni li n-negozji z-zghar kollha m’ghandhomx ghalfejn jkunu obligati jirregistraw u jhallsu licenzja. Mhux kwistjoni ta’ Lm10 jew lm20 fis-sena. Din burokrazija zejda u tirraprezenta ipokrezija fi zmien li kulhadd jghid kontra l-burokrazija zejda.

ï‚· Smoking Ban: Il-gvern intrabat mall-GRTU li l-bars u postijiet ohra zghar mifruxa ma Malta kollha li jkunu ezentati basta jkollhom extractors adekwati. Issa il-Ministru tas-Sahha qed jerga jdawwar kollox. Din l-GRTU mhux ser toqghod ghaliha. Illum ghandna sitwazzjoni fejn bil-kliem jinghad mod u bil-fatti nsibu mod iehor. Il-GRTU mhux ser toqghod ghal dan u l-pulitici Maltin, fil-gvern, fl-oposizzjoni u fil-Parlament Ewropej jridu jiehdu dan l-messagg bl-akbar serjeta’”

ï‚· Ezenzjoni mill-Audit ghan-Negozzji Zghar: Il-Gvern wieghed li jezenta n-negozji z-zghar mill-ispejjes zejda li jqabblu awdituri kull sena biex jarawlha l-kotba. B’direttiva tal-Unjoni Ewropea n-negozji zghar illum jistghu jghamlu dikjarazzjoni semplici skond il-ligi. Il-gvern din l-weghda baqa’ ma implimentahiex.

ï‚· Assistenza lin-negozji zghar: “X’hin tghasar issib ftit li xejn. “Il-GRTU qed taghmilha cara: min iwieghed irid iwettaq”. I-GRTU mhux ser toqghod ghat-tidwir u l-kutrumbajsi” enfasizza Vince Farrugia.

“Urejna din l-gimgha fil-Freeport li mhux ser noqghodu aktar ghall-weghdi biss”. Vince Farrugia qal li l-GRTU qed tistenna li meta s-sidien tan-negozji Maltin jinghataw direttivi biex jiddefendu l-interessi taghhom dan jghamluh minghajr ma jkunu egoistici. Is-sidien tal-intraprizi Maltin jridu jkunu lesti li jwiegbu biex jiddefendu dak li hu taghhom bi dritt”.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent