logo

Il-lejla l-GRTU – Malta Chamber of Small and Medium Enterprises, u l- Malta Freeport lahqu ftehim dwar kif ser tithaddem il-Gate tal-freeport li minnha jghaddu aktar minn 80% tal-containers li jservu l-ekonomija ta’ Malta.


Il-ftehim hu taht forma ta’ Service Agreement li bih l-Freeport Terminal jizgura li jhaddmu ghoxrin container fis-siegha u l-ftehim jiddentifika l-kundizzjonijiet li tahtu jridu jwettqu x-xoghol taghhom il-burdnara biex ikun assigurat li jintlahaq il-livell ta’ effizjenza miftehma.

Il-ftehim intlahaq wara tlett ijiem ta’ negozzjati bejn il-GRTU, mmexxija mid-Direttur Generali Vincent Farrugia u l-Malta Freeport immexxija mic-Chairman Mark Portelli. Matul dawn it-tlett ijiem il-burdnara ma kienux qed jaghtu s-servizz taghhom ta’ garr ta’ containers mill-Freeport ghax hassew li ma setghux jahdmu akatr minghajr ftehim li kien jorbot liz-zewg nahat fuq numru ta’ containers li l-Freeport Terminal ikun lest li jirrilaxxa kull siegha. B’dan il-ftehim dan il-ghan intlahaq u qed jigi ukoll assigurat li d-dhul u l-hrug ta’ containers jibda mis-7.30 ta’ filghodu ghal dak li hu xoghol normali, u mis-6.00 ta’ filghodu ghall-hrug ta’ containers li jkunu gew irregistrati mill-gurnata ta’ qabel.

Il-GRTU tqies dan il-ftehim bhala pass storiku u mportanti ghax din hija l-ewwel darba li qed isir Service Agreement bhal dan bejn l-Freeport u l-akbar group ta’ users tal-Malta Freeport mis-suq lokali.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent