logo

Id-Direttur Generali tal-GRTU – Malta Chamber of Small & Medium Enterprises – Vincent Farrugia u l-mexxejja tal-Burdnara ser ikunu fil-Freeport Gate bejn id-9.30a.m u l-10.30am biex ikellmu lil Media dwar din il-kwistjoni.


1. Il-Kumitat tal-Burdnara illum ta’ Direttiva lil Burdnara (Cargo Hauliers) biex iwaqqfu x-xoghol ta’ garr ta’ containers lejn u mill-Freeport. Il-Burdnara huma sidien privati li jaghtu servizz li esportaturi u lil importaturi ghall-garr ta’ merkanzija mill u lejn il-portijiet.

2. Il-GRTU ilha snin tilmenta u tipprotesta dwar l-inefficjenza fit-thaddim tal-Freeport Gate mill-Freeport Management. Ghalkemm saru hafna weghdiet l-investiment mehtieg biex il-Freeport ilahhaq mal-volum dejjem jikber ta’ containers li jridu juzaw l-facilitajiet fil-Freeport, baqa ma sarx.

3. Ir-rizultat hu li ta’ spiss il-burdnara ikollhom jistennew sieghat twal ghas-spejjes taghhom biex jiehdu u jgorru l-containers lil klijenti taghhom. Kuntrarjament ghall dak li jghidu xi rapprezentanti tas-sidien li ma jifhmux fix-xoghol tal-Portijiet, is-servizz tal-Burdnara u wiehed kompetitiv u l-Burdnar ma jistax jaqbad u jghaddi l-ispejjez zejda lill klijent tieghu. Il-problema mhux fit-trasport tal-merca izda fl-immanigjar tal-portijiet, l-aktar dak tal-Freeport minfejn jghaddu 80% tal-cargo minn u lejn Malta.

4. Il-GRTU tghat avviz lill-Ministru u lill-Freeport (15ta’ April 2004) biex jiehdu passi biex is-sitwazzjoni tirrisolvi ruhha ghax il-burdnara kienu avzati mill-GRTU biex jieqfu bla htiega ta avviz iehor. Il-Gimgha l-ohra (24ta’ Mejju 2004) l-Ministru inghata 48 siegha biex jirrangaw is-sitwazzjoni.

5. Nhar il-Gimgha 28 ta’ Mejju 2004 il-Burdnara damu jistennew is-sieghat biex johorgu x-xoghol. Illum it-Tnejn 31 ta’ Mejju l-Freeport Gate regghet ma kienitx f’pozizzjoni li tlahhaq mall-volum tax-xoghol. Il-GRTU ghalhekk ordnat il-waqfien bi protesta.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent