logo

Il-GRTU kienet wahda mill-ftit organizazzjonijiet li meta tressqet it-talba tal-Maltacom ghand il-Malta Communication Authority biex tinghata permezz biex tkun tista’ tgholli r-rati, ipprotestat u ghamlet kontro proposti favur n-negozji z-zghar Maltin. Sfortunatament haddiehor ma tax kaz u issa qed inewwah.


Il-GRTU argumentat u ghadha targumenta li fiz-zmien meta s-suq hu ddominat mill-mobiles kien jaghmel aktar sens kieku thaddmet is-sistema tal-mobiles fejn hemm hlas bis-sekonda u kera xejn. Il-konsumatur kellu jinghata vantaggi ohra biex jithajjar jzomm u jhaddem il-linja tat-telefon tal-Maltacom. Kien jaghmel ukoll hafna sens kieku l-konsumaturi komplew jinghataw vantaggi biex juzaw dejjem aktar l-internet bi hlas fiss fix-xahar baxx.

Il-GRTU insistiet ukoll li l-Maltacom ma tghabbiex it-telf li qed taghmel fuq it-telefonati internazzjonali, b’paragun mal-qliegh esagerat li kienet taghmel qabel, billi tgholli l-hlas fuq il-kera u l-uzu tal-linja tat-telefon lokali. Il-GRTU stenniet li l-MCA taghti aktar kaz tal-proposti tal-GRTU u mhux injorat ghal kollox il-lehen tan-negozji z-zghar Maltin.

Il-GRTU tapprezza li hu importanti ghall-pajjizna li l-Maltacom tibqa’ kompetitiva u tibqa’ toffri servizz ta’ kwalita lin-negozji u konsumaturi privati Maltin izda temmen li biex taghmel hekk mhux tghabbi il-pizijiet fuq il-klijentela taghha ghandha izda ddahhal aktar efficjenza biex tnaqqas l-infieq u tkun kapaci toffri servizz ta’ kwalita ghola u bi prezzijiet aktar kompetitivi.

Il-GRTU ghalhekk tappella lil Malta Communications Authority biex tirrevedi l-gudizzju taghha fid-dawl tal-htigijiet reali ta’ pajjizna illum fejn in-negozji z-zghar huma f’taqtiha kontinwa biex inaqqsu l-ispejjez u jzidu l-kompetitivita biex jibqghu jfendu u jsostnu l-impjiegi li llum joffru. Dan ma jistax isir jekk kull min jiflah jibqa’ jzid u jghabbi l-pizijiet li jweggghu l-aktar liz-zghar.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent