logo

L-avukat tal-GRTU fil-Laqgha tan-Naxxar ghas-sidien tal-bars u postihiet tad-Divertiment ghamilha cara li min qed jghid li l-Ligi li dahlet fis-sehh mill-lum mhix TOTAL SMOKING BAN qed jigdeb.


Dan ghaliex mhux veru li skond l-Avviz Legali 414 tal-2004 bars zghar ser jithalla li jsir tipjip fihom. Kull ma nghataw specjali l-postijiet iz-zghar huwa sitt xhur biex jinstallaw l-apparat li jnaddaf l-arja fil-kamra tat-tipjip maghluqa ghal kollox, dan fil-fatt jfisser li bla kamra maghluqa ghal min irid ipejjep lanqas fil-bars iz-zghar ma jista’ jsir tipjip.

Il-GRTU illum ser tqassam l-avvizi lill-bars u stabbilimenti ohra biex dawn jitwahhlu u javzaw lil pubbliku li tipjip mhux permezz. Il-GRTU wkoll ser tiltaqa’ mall-Kummissarju tal-Pulizija biex jigi stabbilit kif ser tahdem il-Ligi .

Il-GRTU tibqa tfakkar li l-Avviz Legali 414 tal-2004 jikser l-ftehiem li sar bejn il-GRTU u l-Ministru Louis Deguara. Il-GRTU issostni wkoll li l-Ministru Louis Deguara dahhal TOTAL SMOKING BAN u meta ghamel hekk qabes il-linja li kien ta’ l-Kabinett tal-Ministri u dak li qal l-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi li f’Malta mhux ser tiddahhal TOTAL SMOKING BAN.

Il-GRTU tqies li l-implimentazzjoni tal-Avviz legali 414 tal-2004 mhux sempliciment Att favur is-sahha kif kien intenzjonat li jkun, izda hu Att ta’ stmerrija kontra s-sidien tal-istabbilimenti tad-divertiment u insult lid-90,000 adulti Malti li jpejpu.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent