logo

Is-sala tal-Halland Hotel kienet ippakjata bil-Hairdressers ghal-Laqgha Generali li l-GRTU – Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji, sejhet ghalihom ilbierah.

Il-Hairdressers iltaqghu biex jiddiskutu pjan ta’ azzjoni li jizgura li l-Gvern jaghti widen tan-numru ta’ problemi li huma serji bizzejjed li qed jheddu l-futur tan-negozju taghhom.

Is-sala tal-Halland Hotel kienet ippakjata bil-Hairdressers ghal-Laqgha Generali li l-GRTU – Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji, sejhet ghalihom ilbierah.

Il-Hairdressers iltaqghu biex jiddiskutu pjan ta’ azzjoni li jizgura li l-Gvern jaghti widen tan-numru ta’ problemi li huma serji bizzejjed li qed jheddu l-futur tan-negozju taghhom.

L-aktar kwistjoni tahraq li ssemmiet fil-laqgha hi dik dwar it-Tax Compliance Unit. Il-bicca l-kbira tal-Hairdressers Saloons issa gew imgieghla jiffirmaw agreement mat-Tax Compliance Unit li jisfurzhom taht kwalunkwu cirkustanza, ihallsu ammont fiss ta’ flus kull xahar bil-quddiem ghal tlett snin. Dan biex jaghmel tajjeb ghal-hlas tal-VAT u l-Income Tax. Il-bicca l-kbira tal-hairdressers qalu li huma kellhom bil-fors jiffirmaw l-agreement li gie impost fuqhom mit-TCU ghaliex kienu mhedda b’investigazzjonijiet fit-tul, penaltijiet, imghax b’rati ta’ uzura u inkwiet iehor li jgennen lil kull min hu fin-negozju. Il-Hairdressers ghalhekk qeghdin ihallsu fix-xahar hlasijiet iebsin irrispettivament jekk il-bejgh hux qed jizdied u irrespettivament mill-ispejjez li dejjem jizdiedu. Il-GRTU assigurat lill-hairdressers li ser tara li dan l-abbuzz tal-awtortijiet jinqata’.

“Il-kwistjoni tat-Tax Compliance hi wahda li l-GRTU topponi”, sahaq id-Direttur Generali tal-GRTU, Vince Farrugia, li mexxa l-Laqgha, “ghaliex taqleb ta’ taht fuq il-ligijiet tat-taxxi ewlenin f’Malta, l-Income Tax u l-VAT. Il-ligijiet Maltin tat-taxxi m’humiex anti-business jekk dawn jitahadmu sewwa. Il-VAT tithallas meta il-bejgh isir u tingabar lura fuq dak li ma jinbieghx u ma jsirx hlas ta’ VAT jekk m’hemmx bejgh. L-istess l-Income Tax: it-taxxa tithallas jekk isiru il-profitti wara li jitnaqqsu l-ispejjez kollha. L-ebda sid ta’ intrapriza jew negozju m’hu obligat ihallas bil-fors bhallikieku t-taxxa kienet kera, jbiegh jew ma jbieghx, jaqla’ jew ma jaqlax. Is-sistema tat-Tax Compliance dawret ta’ taht fuq xi haga li hi flessibli ghal wahda rigida u fissa biex issa bl-ispejjez ewlenin tan-negozji kollha fissi, l-uniku haga flessibli hi l-paga tal-haddiema tal-azjenda. Hafna negozji ghalhekk qed ikunu kostretti li biex jibqghu jfendu jnaqqsu l-impjegati. Ghalhekk il-GRTU isosstni li t-Tax Compliance hi anti-business u anti-employment.”

Il-Kumitat il-gdid li ntaghzel fil-Laqgha tal-Hairdressers ser jiehu din il-kwistjoni bhala l-issue l-aktar importanti u l-GRTU ser tiftah negozjati mal-Ministeru tal-Finanzi biex ikun assigurat li s-sistema ta’ Tax Compliance titranga. F’isem il-hairdresser ser titlob li z-zidiet qawwija fl-ispejjez li l-Hairdressers qed isofru wara li giet introdotta Soprataxxa tal-elettriku ikunu mnaqqsa mir-rati li l-hairdressers qed ikunu mgeghla jhallsu bil-quddiem. Il-GRTU ukoll ser tizgura li l-impatt negattiv li l-istess Soprataxxa ikkawzat fost l-konsumaturi b’rizultat ta’ nuqqas ta’ xoghol ghal hairdressers saloon tkun ukoll riflessa fil-hlasijiet li l-hairdressers huma sfurzati li jaghmlu taht il-kuntratti li twikkew bihom mat-Tax Compliance.

Il-GRTU ser tara wkoll li titwaqqaf sistema serja ta’ licenzji tan-negozju tal-hairdresser biex tkun rikonoxxuta l-kwalitajiet tas-servizzi u ma tibqax is-sistema tal-lum li kulhadd jiftah bl-addocc bla imposizzjoni ta’ standards stabbiliti u bla kwalifika approvata. Il-GRTU ser tara li jinqatghu l-abbuzi ta’ dawk li jahdmu minn taht, li qed ikissru s-suq, iwaqqghu l-istandards u waqt li jevitaw taxxi u l-kundizzjonijiet tal-Health & Safety. Li qed jigri llum hu li l-abbuziv ifendi u min hu ta’ standard u licenzjat skond il-ligi ikun sfurzat mit-Tax Compliance biex jitlef u jbaghti. Vince Farrugia f’isem il-Kunsill tal-GRTU assigura lill-hairdressers li l-GRTU qed taghti importanza kbira lil din il-kwistjoni ghaliex issa huma hafna l-intraprizi f’diversi oqsma li huma mhedda u msallba bil-pizijiet esagerati li qed timponi fuqhom it-Tax Compliance Unit. Dan fi zmien meta l-gvern qed jghid li ser jaghti prijorita’ lit-tishih tan-negozji zghar ta’ pajjizna.

Il-GRTU ser tara wkoll li jinholqu skemi godda ta’ assistenza li jimmiraw biex il-livell ta’kwalita ta’ servizz fis-settur tal-hairdressing ikompli joghla biex ikun selvagwardjat l-ghixien tal-hairdressers professjonali.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent