logo

Il-figuri li habret l-MHRA juru bic-car li l-problemi li qed jiffaccja s-settur tat-turizmu qed jaccelleraw. Il-problemi huma serji u jmorru lil hinn minn dak li kapaci twettaq il-Malta Tourism Authority hi x’inhi l-istruttura manigerjali taghha.


Il-figuri li habret l-MHRA juru bic-car li l-problemi li qed jiffaccja s-settur tat-turizmu qed jaccelleraw. Il-problemi huma serji u jmorru lil hinn minn dak li kapaci twettaq il-Malta Tourism Authority hi x’inhi l-istruttura manigerjali taghha.

It-turizmu hu importanti mhux biss ghal dawk kollha involuti direttament, bhal l-Air Malta, il-hotels u s-servizzi ta’ vjaggar izda wkoll eluf ohra ta’ intraprizi u negozji mifruxa ma’ Malta u Ghawdex kollu li fuq skala nazzjonali tirraprezenthom il-GRTU.

Il-GRTU ilha ssostni li l-politika li miexi biha l-gvern dik li jirrestringi it-turizmu ghall-“capping” fittizju ta’ miljun u kwart sa miljun u nofs, ma taghmel l-ebda sens ekonomiku. Malta ghandha bzonn mijiet ta’ eluf ta’ turisti aktar milli qed jaslu bhalissa jekk il-gvern irid li l-livell ta’ impjiegi li jezistu f’Malta u Ghawdex illum jinzamm. Il-volum ta’ turisti li ghandna llum mhux bizzejjed u jekk ser ikompli jonqos il-futur ta’ hafna negozji u ta’ hafna impjiegi hu mhedded ghax is-sitwazzjoni qed tiggrava dejjem aktar. Din hi kwistjoni li l-gvern kollu jrid jiehu responsabbilta taghha.

Il-GRTU ssostni li Malta ma tista’ qatt tilhaq il-volum ta’ turisti kapaci li jsostni l-impjiegi kollha u johloq opportunitajiet godda jekk il-gvern ma jsolvix bla aktar telf ta’ zmien il-kwistjoni tal-low cost airlines. Il-GRTU inkwetata li tlifna diga s-sena li ghaddiet, ser nitilfu din is-sena u jekk il-gvern ikompli jkarkar ser nitilfu wkoll is-sena ta’ wara.

Il-GRTU issostni li aktar milli problema ta’ low cost airlines, ghal Malta din hi problema ta’ high cost airport. Il-hlas li l-kumpaniji tal-ajru huma mgeghla jhallsu biex igibu t-turisti f’Malta hu esagerat. Dan il-hlas gholi hu dovut ghall-pizijiet kbar li ghandhom l-awtoritajiet tal-ajruport. Il-gvern irid bilfors isib tart ta’ din il-problema biex ikunu ivvantagjati l-kumpaniji tal-ajru kollha, inkluzi l-Air Malta, li huma lesti jgibu aktar turisti lejn Malta jekk l-ajruport taghna jkun aktar kompetitiv. Din hi l-qofol tal-problema u mhux l-argumenti ta’ biza mill-kompetizzjoni huma b’riha qawwija ta’ protezzjonizmu.

Il-GRTU tappella lil gvern jiccaqlaq bis-serjeta. Malta tista’ tikkompeti ahjar u tiflah iggib ghexiren u mijiet ta’ eluf ta’ turisti ohra. Il-gvern mhux jaghmel kull sforz possibli biex dan isehh.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent