logo

Illum it-Tnejn, 20 ta’ Marzu 2006 fil-11.15am

Il-GRTU qed tiltaqa’ mal-ghola awtoritajiet tal-pajjiz bil-ghan li tizgura li din is-sena tkun is-sena li vera taghmel id-differenza ghan-negozji zghar u medji Maltin u Ghawdxin. Hekk kif nersqu lejn it-tieni anniversarju ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea il-GRTU temmen li jista’ jsir hafna aktar biex in-negozji zghar u medji Maltin u Ghawdxin ihossu positivament il-vantaggi tas-shubija. Il-kampanja tal-GRTU bdiet f’Jannar bil-presenza tal-Prim Ministru l-Onor Lawrence Gonzi fil-Konferenza Annwali tal-GRTU u ser tkompli llum fil-laqgha mal-President ta’ Malta.

Illum it-Tnejn, 20 ta’ Marzu 2006 fil-11.15am

Il-GRTU qed tiltaqa’ mal-ghola awtoritajiet tal-pajjiz bil-ghan li tizgura li din is-sena tkun is-sena li vera taghmel id-differenza ghan-negozji zghar u medji Maltin u Ghawdxin. Hekk kif nersqu lejn it-tieni anniversarju ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea il-GRTU temmen li jista’ jsir hafna aktar biex in-negozji zghar u medji Maltin u Ghawdxin ihossu positivament il-vantaggi tas-shubija. Il-kampanja tal-GRTU bdiet f’Jannar bil-presenza tal-Prim Ministru l-Onor Lawrence Gonzi fil-Konferenza Annwali tal-GRTU u ser tkompli llum fil-laqgha mal-President ta’ Malta.

Hawn taht issib id-diskors tal-okkazjoni tal-President tal-GRTU Paul Abela.
EMBARGO: 11.30am

Ghaziz President, hu unur ghalija, bhala President tal-GRTU, li nindirizzak f’din l-ewwel okkazzjoni ufficjali li l-Kunsill tal-GRTU qed jiltaqgha mieghek. Nirringrazzjak li accettajt l-istedina taghna u nghidlek mal-ewwel ghaliex xtaqna din il-laqgha.

Il-GRTU, kif taf int, hadet sehem attiv u, nghid wkoll, decisiva, waqt in-negozjati biex Malta tissieheb fl-Unjoni Ewropeja. L-analizi ekonomici li kellna f’idejna kienu qed juru bic-car li l-ekonomija Maltija, mhaddma kif kienet fuq il-kuncett tal-mixed economy, kienet wasslet fi sqaq.

Il-kumbinazzjoni ta’ protezzjoni ghall-operaturi li jahdmu ghas-suq lokali, u liberalizazzjoni fejn tidhol intrapriza li timmira lejn l-esportazzjoni, akkumpanjata minn livell qawwi ta’ interventi mill-gvern, u l-awtoritajiet kwazi gvern, fit-thaddim tal-ekonomija, kienu wasslu lil ekonomija fi stat ta’ no-growth. Nemmnu li ghalhekk li d-dejn nazzjonali beda tiela’ b’rati mhux accetabbli, li riflessjoni tal- izbilanc qawwi bejn dak li l-gvern jonfoq u dak li l-gvern idahhal, sitwazzjoni li tigbah lil dik ta dak li jrid jibqa’ jghix komdu imma m’ghandux mezzi biex johloq introjtu biex isostni l-kumdita’ tieghu.

Kien jidher car li Malta htieget strategiji godda li jifthu opportunitajiet ghal tkabbir gdid tal-ekonomija Maltija. L-analizi tal-ekonomist taghna uriet li t-triq ewlenija kienet il-partecipazzjoni ta’ Malta fis-suq kbir Ewropew. Dan kien ifisser shubija fl-Unjoni Ewropeja. Dan kien ifisser li Malta riedet twettaq program mahsub ta’ re-allokazzjoni ta’ rizorsi kemm umani kif ukoll finanzjarji u ta’ rizorsi ohra biex l-ghanijiet mixtieqa jintlahqu. Kien ifisser fuq kollox bidla kbira fil-mentalita’ ta’ hafna sidien ta’ intraprizi Maltin, tal-impjegati tal-gvern u tal-haddiema in generali. Ghalina fil-GRTU kien ifisser li ridna nfasslu strategija bil-ghaqal kemm waqt in-negozjati, kif wkoll qabel nidhlu, u aktar u aktar ghal wara li nidhlu. Kburin li kellna strategija bhal din.

Ghax il-GRTU ma bezghatx minn din l-istrategija mehtiega. Ma bezghatx mill-problemi kbar li t-twettiq ta’ din l-istrategija kienet ser tghabbina bihom. Hassejna li bhala mexxejja ta’ settur hekk importanti ghal pajjizna – dak ta’ negozji u sidien ta’ intraprizi zghar minn kull settur tal-ekonomija – ghax, Sur President, illum bi kburija nghidu, li minn organizazzjoni tan-nies tal-hwienet, illum il-GRTU firxet fuq kull qasam tal-intrapriza hu x’inhu s-settur, frixna ghal kull tip ta’ negozju fejn hemm sid li jmexxi hu, - iva, hassejna, bhala mexxejja, li lin-nies taghna nigwidawhom u nghinuhom jimxu fit-triq li hi fl-ahjar interess taghhom, tan-negozju taghhom, tal-familji taghhom u tal-impjegati taghhom u l-familji taghhom.

Illum, Sur President, gejna hawn, biex mieghek, li hdimt tant biex l-opportunita Ewropeja saret realta’, niflu flimkien, hekk kif wasalna ghat-tieni anniversarju ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja, x’jista’ jsir biex l-aspirazzjoni taghna, dik li naghmlu lil Malta zona mill-aktar kompettiva fis-Suq Wiehed Ewropew, issir realta’.

F’dawn is-sentejn, Sur President, hdimna hafna. Jien personalment relattivament gdid, hafna mill-membri tal-Kunsill Ezekuttiv ukoll huma godda, pero naf b’liema dedikazzjoni dawk ta’ qabli u d-Direttur Generali, in partikulari, hadmu biex illum wasalna fejn ahna llum. Illum il-GRTU mhux biss hi membru attiv hafna tal-MCESD u hi involuta f’kull livell ta’ kunsultazzjoni, Dan ukoll barra x-xoghol kbir li ghandna u li dejjem jikber biex inzommu firxa ta’ aktar minn 7,000 negozju u sid ta’ intraprizi infurmat u ppreparat. Illum ahna, barra minn dan, llahqu wkoll mal-impenji ma jieqfu qatt tas-shubija fl-Unjoni Ewropeja. Impenjati fil-European & Social Council fejn ahna rapprezentanti direttament, fil-EuroCommerce, l-ghaqda Ewropeja li tirraprezenta l-organizazzjonijiet nazzjonali mis-settur tal-kummerc, u fil-UEAPME, li hi l-federazzjoni ewropeja tal-intraprizi zghar u medji u f’organizazzjonjiet ohra Ewropej li jirraprezentaw setturi partikulari li f’Malta nirraprezentawhom ahna. F’dawn l-organizazzjonijiet ahna attivi u partecipanti denji.

Dan kollu illum poggina aktar minn qatt qabel f’sitwazzjoni fejn nistghu nkunu msiehba socjali mill-aktar effettivi, f’isem l-imsiehba taghna, l-oqsma li nirraprezentaw, u ghal pajjizna. Nemmnu li b’inha vicin il-gvern u l-awtoritajiet jkunu f’posizzjoni ahjar biex lil Malta ingiebulha l-ahjar u rresqu lejna futur ahjar. Ahna hekk nemmnu. Dnub izda li mhux kulhadd fl-awtorita jemmen dan.

Sur President, niddejjaq nghidlek dan. Ghadu mhux kulhadd fl-awtoritajiet konxju tal-kapacitajiet u l-importanza tan-negozji z-zghar ta’ pajjizna. Ghad hawn wisq pregudizzji. Ghad hawn wisq fl-amministrazzjoni u fil-politika nies li jahsbu li jekk m’intiex sid ta’ fabbrika, sid ta’ lukanda jew sid ta’ xi stabbiliment kbir, allura qiesek m’inti xejn. In-nies taghna jahdmu fil-lokalitajiet ta’ Malta kollha. Dawn huma l-maggoranza tal-istabilimenti. Illum terz tal-prodott gross nazzjonali gej minn dawn l-istabilimenti. In-nies taghna mis-setturi kollha li nirraprezentaw – trading, retailing, garaxxijiet tat-tiswija, zviluppaturi, kuntratturi, burdnara, appartamenti ghat-turisti, host families, postijiet tad-divertiment, bars u snack bars, u servizzi ta kull generu – ihaddmu flimkien aktar minn terz tan-nies kollha li jahdmu

Ghalhekk ahna nixtiequ naraw lil pajjizna enterprise-driven. Nixtiequ qabel ma tittiehed decizjoni l-awtoritajiet jaraw l-ewwel x’effett ser ikollha fuq min irid jinvesti u jhaddem u jkabbar il-gid. Minflok, izda, sfortunatament, ghandna regulation-driven economy. Qiesu nippremjaw lil min jivvinta xi regulament gdid. Nahsbu li r-regolamenti joholqu l-gid. X’hin nigu ghal ghajnuna ghandna insibu wisq tfixkil. Qed imbaghtu,Sur President, biex nibdlu din l-mentalita.

In-nies taghna jridu jkabbru, iridu joholqu aktar gid. Mhux vera li ma jridux jindukraw l-ambjent jew li ma jridux jobdu r-regolamenti jew li ma jridux ihallsu t-taxxi. Izda hemm livell accettabli ghal kollox. Illum il-livell ta’ taxxi fuq l-intraprizi qed jaffigna. Difficli tlahhaq. U kif taqa’ lura taqbez fuqek it-Tax Compliance Unit. In-numru ta’ inspections, wardens, regolamenti, formoli, u talbiet ohra fuq hina u fuq hwejjigna, qed jiflina. B’danakollu, Sur President, in-nies taghna jimxu u l-gid jidher. U jista’ jkollna aktar gid jekk il-gvern jghaggel fir-riformi ta’ ligijiet li qed jifluna. Ghalhekk ahna il-hin kollu ninsistu ghar-riformi

Ahna nemmnu fil-better regulation. Nemmnu f’sistema fejn l-imsiehba socjali jiddahhlu dejjem aktar fid-decizjonijiet. Nemmnu f’konsultazzjoni vera u mhux tinfurmana meta tlestiha wahdek. Nemmnu fuq kollox fuq il-kapacita tan-nies taghna. Nemmnu bil-kbir li ghandna hila nkunu ahjar.

Gejna ghandek, Sur President, ghax inhossu li mieghek, bl-esperjenza kbira tieghek, nistghu nitkellmu. Nittamaw li tuza l-influwenza tieghek biex l-ostakoli li baqa’ nnaqsuhom. Ghax nemmnu tassew f’dak li ghedna fil-bidu ta’ din is-sena: irridu l-2006 tkun is-sena li taghmel id-differenza ghan-negozji zghar u medji Maltin. Irridu inizjattivi godda biex is-sidien tan-negozji jharsu ‘l quddiem b’aktar fiducja. In-nies taghna jridu jahdmu. Iridu li s-sistema tkun warajhom u maghhom u mhux kontrihom u f’saqajhom. Ghalhekk nittamaw f’mentalita aktar posittiva lejn is-sid tal-intrapriza.

Ir-realta Ewropeja hi importanti ghalina. Ma rridux li ndumu ma niehdu l-vantaggi kollha tas-shubija. Hekk kif naslu ghat-tieni anniversarju ta dak il-jum memorabbli ghal pajjizna inhossu li hu zmien tajjeb ghal ezami serju tas-sitwazzjoni u biex naghmlu rizoluzzjonijiet godda halli l-intoppi li ghandna nirbhuhom. Ahna certi li bis-support taghna dawn l-intoppi jintrebhu. Ahna ir-rizoluzzjonijiet taghna ghamilnihom. Nistennew li s-sistema minn, fuq s’isfel, taghmel ir-rizoluzzjonijiet taghha, fost l-ohra li taghmel 2006 l-ahjar sena ghan-negozji ta’ pajjizna.

Sur President, nirringrazzjak li smajtna. Niehdu gost nisimghu lilek. Shabi kollha ghandhom hsibijiet li jixtiequ jaqsmu mieghek. Ghal darb’ohra, nirringrazzjak u nixtieq inhallilek rikordju ta’ din l-okkazzjoni. Nghaddilek ukoll kontribuzzjoni minn naha taghna ghall-Community Chest Fund.





























0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent