logo

Delegazzjoni tal-GRTU – Kamra Maltija ghan-Negozji Zghar u Medji - iltaqghet mal-Ministeru tal-Industrija, Investiment u Teknologija tal-Informatika biex tkun taf aktar dwar il-progett SmartCity @ Malta.

Fid-delegazzjoni tal-GRTU kien hemm rapprezentanti mis-settur IT, tat-Turizmu, tal-Kuntratturi u Developers u tad-direzzjoni generali tal-GRTU mmexxija mill-President Paul Abela u id-Direttur Generali Vincent Farrugia. Il-prezentazzjoni f’isem il-Ministeru saret minn Claudio Grech il-Kap tas-Segretarjat tal-Ministeri u l-ufficjal inkarigat mill-progett ta’ SmartCity

Delegazzjoni tal-GRTU – Kamra Maltija ghan-Negozji Zghar u Medji - iltaqghet mal-Ministeru tal-Industrija, Investiment u Teknologija tal-Informatika biex tkun taf aktar dwar il-progett SmartCity @ Malta.

Fid-delegazzjoni tal-GRTU kien hemm rapprezentanti mis-settur IT, tat-Turizmu, tal-Kuntratturi u Developers u tad-direzzjoni generali tal-GRTU mmexxija mill-President Paul Abela u id-Direttur Generali Vincent Farrugia. Il-prezentazzjoni f’isem il-Ministeru saret minn Claudio Grech il-Kap tas-Segretarjat tal-Ministeri u l-ufficjal inkarigat mill-progett ta’ SmartCity.

Il-GRTU inghatat informazzjoni dwar id-dimensjoni tal-progett u it-time frames li fihom irid isir ix-xoghol. Inghatat informazzjoni wkoll ta’ x’tip ta’ xoghol u investiment ser ikun permezz fuq it-teritorju li ser jinghata lil investituri minn Dubai. Il-GRTU kienet assigurata li l-progett huwa primarjament marbut mal-izvilupp u t-thaddim ta’ ICT u Media zone kompleta u tal-ghola livell u li l-ghan hu li l-ambjent taz-zona li fih ser ikun zviluppat dan il-progett ikun imhares u jsir thaddim tal-aktar sistemi li huma environment-friendly u li kull investiment iehor li jsir bhal hotel, postijiet tal-akkomodazzjoni, hwienet u facilitajiet ta’ catering jkunu biss ancillary u biex jaqdu l-htigijiet tal-belt li ser tinholoq. Il-Ministeru assigura lil GRTU li zgur mhux l-intenzjoni li jsir sempliciment progett iehor ta’ zvilupp ta’ apartamenti, hwienet, bars u restoranti bhal ma sar band’ohra. L-ghan hu li jinholoq ‘cluster’ ta’ stabilimenti marbuta mal-funzjoni ewlenija ta’ ICT u Media enterprises izda li jkollhom ghad-disposizzjoni taghhom, u b’mod efficjenti, is-servizzi l-ohra kollha li jinhtiegu.

Il-GRTU esprimiet is-sodisfazzjoni taghha li l-Ministeru ha din l-inizjattiva hekk importanti li jgib lejn Malta l-ewwel progett ta’ dan it-tip fiz-zona tal-Unjoni Ewropeja. Huma bosta l-pajjizi kompetituri ta’ Malta li qed jippruvaw jgibu f’pajjizna dan il-kuncett li hadem sewwa f’Dubai u fil-postijiet l-ohra fejn l-istess investituri hadmu fuq l-istess tip ta’ progett. Il-holqien ta’ zona gdida bhal din flimkien mal-holqien ta’ 5, 600 post gdid ta’ xoghol b’65% minnhom fis-snajja tal-IT hu ferm importanti ghal Malta. Il-GRTU ghalhekk accettat li tifli aktar fid-dettal il-proposti li saru u taghti r-reazzjoni tal-imsiehba tal-GRTU fi zmien qasir. Iz-zewg partijiet qablu wkoll li jkomplu bil-process ta’ ko-operazzjoni biex ikun zgurat li l-progett isir skond iz-zmien ippjanat u f’kuntest fejn il-progett isir b’rabta mal-htigijiet u l-aspirazzjonijiet ta’ investituri Maltin f’oqsma li ikunu marbuta max-xoghol u t-thaddim ta’ Smart City @ Malta

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent