logo

Il-GRTU illum, f’isem n-negozji fil-qasam tal-IT u computers systems rapprezentanti mill-GRTU, talbet l-Qorti terga tordna l-hrug ta mandat ta  inibizjoni kontra l-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, l-Ministru  ghal-Investiment ghal-Industrija u Tekonolgija tal-Informazzjoni u d-Direttur Generali tal-MITTS biex ma jkomplux jiprocessaw jew b’xi mod jiddeterminaw jew jikkonkludu t-tender mahrug  mill-MITTS (Tender No: M390/07) ghal “leasing of personal computers/ laptops and work station support services” ghas-settur pubbliku.

 

Il-GRTU ssostni li dan it-tender hu ta’ hsara ghan-negozji zghar Maltin f’dan il-qasam u jikkontradixxi dak li jghid l-Gvern li hu favur in-negozji z-zghar. Dan ghaliex ghax hadd minn negozji z-zghar Maltin ma jista’ jidhol ghall-dan l-kuntratt. B’dan l-kuntratt l-Gvern ser ikisser l-istruttura kompettitiva tas-suq.tenders Il-GRTU ssostni li fil-waqt li l-Kummisjoni Ewropeja qed tinsisti mal-gvernijiet membri biex it- pubblici jaghmluhom aktar accessibli ghan-negozji z-zghar, il-Gvern ghazel li jinjora dan l-parir tal-Kummisjoni Ewropeja u jinjora ghall-kollox l-oggezzjoni gravi li resqet il-GRTU bhala l-Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji.

 

Fit-talba gdida ta hrug ta mandat ta inibizjoni biex titwaqqaf it-tender il-GRTU qed issostni li l-process huwa rregolari u illicita ghalhiex fil-waqt li,  fuq ammisjoni guramentata tal-istess Direttur Generali tal-MITTS is-Sur Alex Attard, ghamel konsultazzjonijiet  ma x’uhud mit-tenderers prospettivi qabel inhareg it-tender dan ma sarx ma l-applikanti prospettivi kollha.  Dan ta’ vantagg lil x’uhud ghad-detriment u b’diskriminazzjoni mal-membri tal-GRTU mis-settur tal-IT u computer systems.


0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent