logo

Il-GRTU qeghda taghti s-support shih lill-membri taghha – sidien tal- kiosks li igestu fi zmien il-festi religjuzi u li  fuq direttiva tal-GRTU ghamlu protest fil-Prim’ Awla tal-Qorti Civili kontra l-Kunsill Lokali ta’ Haz-Zabbar

 


Is-sidien tal-kiosks membri tal-GRTU huma lkoll licenzjati sabiex igestu kiosks fiz-zmien tal-festi religjuzi u illi ghal dawn l-ahhar ghaxar snin u aktar huma armaw ghall-festa tal-Madonna tal-Grazzja gewwa Haz-Zabbar.

 

B’avviz datat 26 ta’Lulju 2007 u ffirmat mis-segretarju ezekuttiv tal-Kunsill Lokali, inghata avviz mill-istess kunsill illi kien qed jilqa applikazzjonijiet bejn nhar il-Gimgha 27 ta’ Lulju 2007 u l-Hamis 9 ta’ Awissu 2007  ghat-tqeghid ta’ kiosks/posti matul il-festi tal-Madonna tal-Grazzja ta’ Haz-Zabbar f’Settembru li gej.

 

“Peress illi din s-sena l-applikanti kollha li jbieghu kull tip ta’ ikel u xorb, inkluz bejgh ta’ doughnuts u candy floss, ser jigu allokati spazju biex jarmaw fi Triq tal-Labour fejn fis-snin li ghaddew diga armaw ammont sostanzjali ta’ kjosks u posti, l-allokazzjonijiet ta’ dawn l-ispazji ser jittellghu bil-polza fil-prezenza tal-pubbliku nhar il-Gimgha 17, ta’ Awissu f’nofsinhar fil-Bini Amministrattiv tal-Kunsill Lokali”.

 

L-ebda wiehed mis-sidien tal-kiosks ma kien fi snin precedenti jarma fi Triq tal-Labour.

 

Din id-decizjoni tal-Kunsill hija ultra vires u bi ksur lampament tar-Regolament 10 (8) (ii) “tar-Regolamenti ta’ l-2002 dwar attivitajiet li jehtiegu permess mill-Kunsill Lokali li b’mod partikulari tali avviz qieghed bl-aktar mod manifest jivvjola r-Regolament 10 (8) (ii) li esplicitament jipprovdi illi:

Il-Kunsill Lokali ghandu javza pubblikament minn ta’ l-inqas xaghrejn qabel id-datat tal-festa religjuza dwar l-identifikazzjoni taz-zona gdida.

 

M’hemmx dubbju li ‘l fuq imsemmi avviz tal-Kunsill permezz ta’ liema giet identifikata zona gdida ghas-sidien, inghata fuori termine u ghalhekk huwa illegali u bla sahha fil-ligi.

 

Il-sidien ghaldaqstant qeghdin formalment jinfurmaw lil Kunsill  li huma ma humiex sejrin jitfghu l-applikazzjoni taghhom ghat-tqeghid ta’ kiosks/posti matul il-granet tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Settembru li gej kif rikjest mill-imsemmi avviz tat-26 ta’ Lulju 2007 peress illi dan l-avviz ma ghandu l-ebda bazi legali f’ghajnejn il-Ligi.

 

Il-GRTU f’isem is-sidien tal-kiosks qeghda titlob lill-Kunsill sabiex minn naha tieghu

  • iwaqqaf dan l-agir 
  • sabiex isegwi l-proceduri korretti kif stipulati fil-Ligi u
  • izzommu responsabbli ghad-danni li ser isofru l-membri taghha jekk kemm il-darba ma jhallihomx jarmaw fil-postijiet allokati lilhom fis-snin precidenti.

 

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent