logo

Il-progett tal-paviment ta’ Triq il-Merkanti, Pjazza San Gwann u t-toroq  tal-madwar biex tinholoq, flimkien ma Triq ir-Repubblika, zona pedonali li tkopri c-centru kummercjali u storiku ewlieni ta’ pajjizna, hu progett li l-GRTU ilha tirsisti ghalieh 30 sena.

 

l-GRTU mill-bidu tal-progett ta’ Triq il-Merkanti, laqqghet lis-sidien tal-hwienet u negozji ohra u holqot Forum ta’ konsultazzjoni strutturata mal-Ministeru ta’ Ninu Zammit, u mal-esperti tieghu u l-periti responsabbli mill-progett biex ikun assigurat li l-progett jitwettaq fl-anqas zmien possibli u bl-aktar mod efficjenti u konsultazzjoni shiha mal-istakeholders kollha.

 

Qatt l-GRTU ma bassret li l-Forum ta’ konsultazzjoni li hoqot l-GRTU ma kienx ser jintuza mill-Ministeru hlief darba wahda biss bir-rizultat, li kulhadd waqa fil-ghama. Issa l-Ministru qed jghid li l-GRTU ma tafx x’inhu jsir. Affarjiet tar-redikolu. Min kien obbligat li jikkunsulta u jghid b’mod formali u strutturat  uminn fuq wehel min gie mcahhad  mill-informazzjoni u mill-konsultazzjoni. regolari naqas li jaghmel dmiru, u

 

Il-GRTU ghandha fiducja li fl-ahhar mill-ahhar il-progett isir sewwa. Imma dak li sar s’issa kien deficenti hafna u batew ghalieh hafna nies, l-aktar s-sidien tan- negozji fi Triq il-Merkanti u Pjazza San Gwann u t-toroq tal-madwar,  li halsu qares u minn buthom tort tal-inkompetenza ta’ min hu responsabbli. Kull project manager ta’ l-affari tieghu jaf li qatt ma ghandu jibda jwaqqa u jaqla jekk m’ghandux pjan lest bir-rizorsi u l-materjali assigurati kollha fi zmien adatt biex l-progett jitwettaq sewwa u f’waqtu.

 

Triq il-Merkanti setghet tlestiet sa l-ahhar ta’ Settembru u mhux ser tibqa tkaxkar sa Dicembru  kieku l-materjal tal-paviment kien ordnat kif suppost u l-progett kien imfassal bil-ghaqal.

 

Il-Kaxxa ta’ Malta issa sofriet telfa ohra ta’ flus tal-Ewropa wara dak li gara fit-Turizmu. Meta l-Gvern, tort ta’ min naqas minn dmiru, kien sfurzat johrog x-xiri tal- paviment b’direct order, Malta tilfet ic-cans li tiehu l-flus, li bi dritt huma taghha mill-Unjoni Ewropeja, u issa tilfithom. Ghax l-Unjoni Ewropeja ma taghmilx tajjeb ghad-direct orders.

 

Il-Ministru ghajjar l-GRTU li ma tafx x’inhi tghid. Nafu x’ahna nghidu: min hu responsabbli jaghmel tajjeb jekk jaqdi dmiru u ma jibqax jghaddi n-nies biz-zmien.

 

 

 

 

 

 

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent