logo

Il-GRTU tappella lil Prim Ministru jiccaqlaq

Kull min jidhol kuljum il-Belt jaf li s-sistema tal-Controlled Vehicle Access (CVA) tal-Belt Valletta hi sistema falluta. Ghalhekk li l-GRTU ddikjarat li ma jridx ikollha x’taqsam maghha.


 

*

 

 


L-iskop tas-CVA kien li jidbattlu l-ispazji tal-ipparkjar fit-toroq u pjazzez tac-centru tal-Belt mill-karozzi li jikkapparraw dawn l-ispazji l-gurnata kollha, biex jinholqu postijiet ta’ parkegg disponibbli ghal min irid jinqeda fis-servizzi u hwienet tal-Belt. Ic-CVA kellha wkoll tara li r-residenti fit-toroq residenzjali jkollhom fejn jipparkjaw wara l-eghluq tal-hwienet. L-iskema twaqqfet bil-hlas biex taghmel tajjeb ghall-Park & Ride li nbniet il-Blata l-Bajda u kellu jibqa qliegh bizzejjed biex wara li jinqatghu l-ispejjez amministrattivi l-flus imorru biex jinholqu facilitajiet godda biex il-Belt Valletta titgawda ahjar u tissebbah.

 

Illum din is-sistema saret farsa shiha ghax jidher car li hadd mhu responsabbli minnha. Min waqqafha u kien responsabbli ghaliha issa hasel idu u jghid li m’ghandux x’jaqsam. Il-Ministeru tat-Transport u l-ADT, li legalment huma responsabbli, bil-kemm jafu x’inhu jsir u ma jafux bid-decizjonijiet strambi li jittiehdu minn haddiehor barra l-awtorita tas-CVA. Per ezempju min qabad u ta rigal ta Lm700 fis-sena free parking lil tal-Monti (Lm70,000) fis-sena telf ghas-CVA).Min qabad u ta l-Pjazza San Gorg b’xejn 7x24 hours lill- membri parlamentari u lil privilegjati (telf ta’ Lm100,000 sa Lm200,000 fis-sena (lis-CVA)). Min jaqbad u jaghlaq Pjazza Helsien ghall-kull fettuqa li tigieh f’rasu u jaghlaq toroq ohra u spazji fil-Belt tajbin ghall-parkegg qiesha l-Belt tieghu (telf ikkalkulat ta aktar minn Lm 100,000 fis-sena ghas-CVA). Fejn hu l-Business Plan tas-CVA?

 

Fejn hi d-dixxiplina biex jkun assigurat li is-CVA ma tfalliex? Possibli hadd mhu reponsabbli? Hemm xi hadd fil-Gvern li jippretendi li l-GRTU jkollha x’taqsam ma dan it-tahwid kollhu? U meta se jqum xi hadd u jaccetta responsabbilta ta’ dan it-tahwid kollu?

 

Ghal darb ohra l-GRTU tappella lil Prim Ministru li jara li s-CVA tkun riveduta u li jkun hemm min b’mod vizibbli u b’awtorita jkun responsabbli minnha u mhux kull min jahseb li hu b’sahhtu jordna u jimponi u minn fuq jghabbi u jsallab lic- cittadin u s-sidien tan-negozji:Ghax facli ggieghel lid-dghajjef jhallas u jbghati l-konsegwenzi koroh.  Ghall- GRTU din m’hiex ghajr inkompetenza istituzjonalizzata.

 

 

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent