logo

Hadd mill-Gvern ma jrid jiehu responsabbilta ta’ dak li qed isir fil-Belt Valletta fir-rigward tal-parking.

 

Fil-Belt illum wara dak id-daqq ta’ trombi kollu meta ddahhlet ic-CVA spazju ghall-ipparkjar bil-hlas ghal min irid jinqeda, ftit li xejn hemm u li hemm disponibbli m’huiex qrib ic-centru.


 


 

 

 


 

  • Il-pjazza ta’ Bieb il-Belt issa hi kkapparata minn tal-monti

 

  • Il-vojt tat-Teatru Rjal mwaqqa ikkappar is-sena kollha bil-hadid u s-siggijiet biex kultant jintuza ghall- xi haga u issa store tal-haddiema tal-Gvern
  • L-ispazju fi Triq Ordinanza, z-zewg nahat Triq ir-Repubblika ghamluhom ‘no parking’.
  • Triq il-Merkanti kollha issa m’hemmx parking u fejn hemm, jew ghall tal-monti, jew ghar-residenti
  • Il-Pjazza ta’ quddiem il-Palazz qiesa fortizza militari, kollha pulizija u hadid u kwazi kollha vojta ghax l-Membri tal-Parlament ihossuhom superjuri u privilegjati fuq kulhadd u ghalhekk kkapparrawha ghalihom.
  • Il-pjazzez ta’ quddiem Kastilja kollha riservati u quddiem ic-Central Bank ghall-maghzulin biss
  • L-ispazji fit-toroq ewlenin huma mimlijin kaxxi hodor, kaxxi blu, kaxxi sofor u l-kaxxi bojod ikkapparrati mir-residenti tal-Belt u min kull min ghandu permess jipparkja b’xejn.
  • Is-sidien tal-hwienet, professjonisti u servizzi li jaqalghu l-ghixien taghhom mill-Belt Valletta assulutament ma jifilhux aktar ghall din l-arroganza u abbuz ta’ poter. Illum kullhadd jahseb kif igorr n-negozju tieghu jew l-ufficini l-barra mill-Belt

 

L-ghar haga hi li hadd fil-Gvern ma jrid jiehu r-responsabbilta. Is-Sindku tal-Belt jghid li mhux hu responsabbli. L-ADT li suppost hi r-Regolatur Pubbliku bi dmir li taqbez ghall-user u l-konsumatur, hi mcappsa bis-CVA, sistema abbuziva li tisraq lin-nies kuljum u hi mhaddma bl-iktar mod inkompetenti u insensittiva fil-konfront ta’ kullhadd. Il-Ministeru tal-Informatika u Investiment li fassal is-CVA issa hasel idu. Il-Ministeru tat-Transport mifxul ghall-ahhar. Il-Parlament dabbar rasu u hasel idu. U kastilja gallarija ghax il-pampaluni ta’ kastilja l-Ufficju tal-Prim Ministru u l-kbar tac-Civil u tal-Ministeri kollha moqdija.

 

Il-GRTU mhux ser tieqaf.

 

Tibqa tipprotesta pubblikament sakemm xi hadd iqum u jaccetta r-responsabbilta u jsib tarf tal-problemi enormi li jezistu u li nholqot bis-sensiela ta’ decizjonijiet zbaljati u konfuzi.

 

Fost il-problemi li ghandha Malta, illum l-aktar wahda koatika u mignuna hi din tal-Parking tal-Belt Valletta.

 

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent