logo

Id-Direttur Generali tal-GRTU Vincent Farrugia u l-President tal-Hospitality and Leisure tal-GRTU Philip Fenech kellmu lill-media minn hdejn il-pont ta’ Manwel Dimech fi Triq Regjonali. Id-Direttur Generali qal li t-titlu ta’ din il-konferenza stampa kienet:

 

“Ghaliex din l-insensittivita?”.


Vince Farrugia qal “Kif qed taraw il-bicca l-kbira centrali tal-pont in-naha li taghti lejn il-Wied issa hi mkissra ghal kollox. Xoghol ta’ tkissir illi sar dan l-ahhar ftit granet. Il-Prim Ministru l-Onorevoli Dr. Gonzi nhar il-Gimgha minn fuq PBS qal illi ma jistax jaghti data ta’ meta kien ser jitlesta  l-pont ghaliex il-Gvern kien ghadu ma ddecidiex x’ser isir wara li l-GRTU f’isem l-istabbilimenti tad-divertiment, restoranti u hwienet u shopping archades tan-nahat ta’ Paceville u San Giljan kienet ghamlet talba, li fl-opinjoni, tal-Prim Ministru, kienet gustifikata, biex ghall-perjodu tal-festi tal-Milied jibqghu miftuhin iz-zewg korsiji tal-pont. Jidher bic-car minn dak li qed taraw li l-Ministru Jesmond Mugliett u l-ADT ma kienux infurmaw l-Prim Ministru bid-decizjoni taghhom li jkissru t-tieni korsija tal-pont waqt li kienu ghadhom ghaddejjin it-tahdidiet mal-GRTU.”

 

Vince Farrugia spjega li fil-laqgha li saret mal-Ministru Mugliett u mas-Sur Ray Attard, Chief Executive Officer tal-ADT gew diskussi l-alternattivi biex ix-xoghol fuq il-pont jitkompla. Il-GRTU kienet spjegat il-pozizzjoni taghha li la l-Ministru kien esprima ruhu repetutament li t-tort tad-dewmin m’huwiex tal-Gvern allura ma kienx hemm kwistjoni biex il-Gvern jordna l-waqfien temporanju tax-xoghol. L-alternattivi li ssemmew kienu tlieta, il-ftuh ta’ Triq il-Baltiku, it-twettiq tal-progett tal- Park and Rideluxol minn fejn il- u kontroll ahjar tax-xogholijiet li jwaqqfu t-traffiku fi triq it-torri. Il-GRTU baqghet illi kellha ssejjah lis-sidien tal-hwienet u lis-sidien tan-negozji ohra halli jiddeciedu jekk dawn l-alternattivi mhumiex accettabli u kellha ssir laqgha konklussiva l-Gimgha 30 ta’ Novembru. “Kienet ghalhekk ghal kollox insensittiva biex ma nghidx arroganti, id-decizjoni tal-Ministru u tal-ADT li jaqbdu u jkissru l-parti tal-pont li kienet il-qofol tad-diskussjoni mal-GRTU”, qal Vince Farrugia, “Din mhix attitudni accettabli u hu ghal kollox mod zbaljat kif Gvern jittratta mal-Korpi ewlenin ta’ pajjizna aktar u aktar meta kien hemm dikjarazzjoni tal-Prim Ministru li l-affarjiet ser isiru bi ftehim”.

 

Vince Farrugia spjega li s-survey fost in-negozji wera li kien hemm telf qawwi sa tmienja u tletin fil-mija fil- bejgh tan-negozji l-aktar tal-hwienet. Dan gara waqt li kien qed isir ix-xoghol waqt l-ewwel korsija. In-nies tan-negozju fdaw f’dak li qal il-Ministru illi x-xoghol kien ser jitlesta f’Settembru u ghalhekk kienu stokkjaw u nvestew biex jirrikuperaw it-telf li sofrew fil-Harifa u fil-perjodu tal-festi tal-Milied u l-ewwel tas-sena. “Il-Gvern ghalhekk naqas bil-kbir li sfida lin-negozjanti kollha u kull opinjoni pubblika li mis-survey tal-GRTU deher bic-car li kienu favur li n-negozji jinghataw ic-cans li jirrekuperaw matul il-festi tal-Milied” qal b’ton iebes is-Sur Vince Farrugia.

 

Il-GRTU kienet hadet il-pariri tal-esperti u dawn kollha qablu li issa li l-kuntrattur ghandu l-esperjenza kollha mehtiega u l-pjanti, l-apparat u l-materjali kollha f’posthom ma kienx hemm raguni valida ghaliex ix-xoghol kollu ma kellux jitlesta sa Mejju 2008 anke bil-waqfien qasir ta’ matul il-Festi. Barra minn dan l-alternattivi li offra l-Ministru ma kienux jaghmlu tant differenza. Triq il-Baltiku li tghaddi minn taht il-pont fejn qed isiru x-xogholijiet mhiex viabbli, fil-waqt li l-car park tal-Luxol ga jezisti u t-transport pubbliku minn dan il-car park irid jsir irrespettivament minn dak li qed isir fuq il-Pont Manwel Dimech. Id-Direttur Generali kkonkluda billi qal, “Issa nistennew lill-Prim Ministru jispjega ezattament x’qed jipproponi biex il-kummercjanti taz-zona jkunu ikkumpensati ghall-hsara li soffrew mid-decizjonijiet zbaljati tal-Ministru Jesmond Mugliett u ta’ l-ADT”.
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent