logo

Atlas Banner
Il-falliment dikjarat tan-NECC dwar l-Optional Dual Pricing kienet haga li l-GRTU kienet widdbet fuqha. Il-mod kif n-NECC pruvat timxi f’dan ir-rigward kien prova cara kemm n-NECC m’ghandiex idea ta’ kif jahdem in-negozju u hija xotta f’dawk li huma esperti fis-suggett.

In-NECC webset rasha meta harget din il-linja gwida bla konsultazzjoni. L-istakeholders li saru jafu bid-dettalji ta’ din il-linja gwida mill-media kien dak iz-zmien pruvaw jifthu ghajn l-NECC. Kollu ghalxejn ghax in-NECC kompliet taqdef wahedha. Ir-rizultat gie dikjarat u n-NECC issa qed twahhal fil-hwienet.

Dan inaccettabli. Il-GRTU qaltilhom x’ser jigri u l-GRTU mhux ser taccetta li tal-hwienet jintuzaw bhala ‘scapegoats’ ghall-izbalji ta’ haddiehor

Jekk in-NECC qed tahseb li se tatti l-izbalji taghha billi twahhal fil-hwienet u n-negozji ser jarrala. B’din l-attitudni n-NECC qed tinstiga nkwiet bla bzonn. In-NECC zgur mhux ser tasal billi tkesskes lin-nies kontra tal-hwienet.

Il-GRTU terga tavza lil tal-hwienet kollha biex jobdu dawn id-direttivi:
1. Hadd ma jidhol fi spejjez biex jaghmel kwalunkwe forma ta’ dual pricing
2. Li jigu njorati l-ufficjali u l-komunikazzjonijiet kollha tan-NECC
3. Li kulhadd jehles mill-karti propagandistici tan-NECC. Kulhadd jaf x’ghandu jaghmel bihom!
4. Kull sid ta’ hanut ghandu jibda jindirizza kif se tolqtu l-Euro strategikament u fuq livell operattiv
5. L-ghan tal-GRTU hu li jintlahaq ftehim mal-Gvern. Jekk dan jibqa’ ma jsehhx il-GRTU tkun ukoll kostretta li taghti direttiva biex hadd ma jikkollabora fil-perjodi ta’ cirkolazzjoni dopja tal-flus

Dwar il-prezzijiet bil-Euro l-GRTU tavza lil tal-hwienet biex bhala bidu l-prezzijiet taghhom jkunu aggustati ghall-ispejjez zejda u li dawn l-ispejjez jidhru fuq il-prezz bil-lira maltija biex meta jdahhlu l-prezzijiet bil-Euro dawn jinhadmu biss skond il-“middle rate” tal-bank bla ebda “loading”

Dawn id-direttivi jibqghu jghoddu sakemm il-Gvern ma jbiddilx l-attitudni u jibda jisma u jikkunsidra b’mod serju l-effetti tal-affarijiet redikoli li qed taghmel in-NECC.

Il-GRTU temmen li bi pjan serju mahdum wara konsultazzjoni serja u bla agendi mohbija ghandna naslu biex l-Euro tiddahhal bla inkwiet.

Il-GRTU tibqa’ ssostni li hi favur il-bidla ghall-Euro u tridha ssir fiz-zmien stipulat izda tibqa’ ssostni li dan ghandu jsir bi ftehim mal-GRTU f’isem is-sidien tal-hwienet ta’ Malta u Ghawdex.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent